+Artikolu 7 Impatt ekonomiku
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
---+Artikolu 7 4
|
Artikolu 7 Impatt ekonomiku
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1
|
1. Għall-fini tad-determinazzjoni tal-impatt ekonomiku tal-inċident kif imsemmi fl-Artikolu 18(1), il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2022/2554, l-entitajiet finanzjarji għandhom, mingħajr ma jqisu l-irkupri finanzjarji, iqisu t-tipi ta’ kostijiet diretti u indiretti u t-telf li jkunu ġarrbu b’riżultat tal-inċident:
|
(a)
|
fondi esproprjati jew assi finanzjarji li għalihom huma responsabbli, inklużi assi mitlufa minħabba serq;
|
|
(b)
|
kostijiet għas-sostituzzjoni jew ir-rilokazzjoni ta’ software, hardware jew infrastruttura;
|
|
(c)
|
kostijiet tal-persunal, inklużi l-kostijiet assoċjati mas-sostituzzjoni jew mar-rilokazzjoni tal-persunal, ir-reklutaġġ ta’ persunal addizzjonali, ir-remunerazzjoni tas-sahra u l-irkupru ta’ ħiliet mitlufa jew indeboliti;
|
|
(d)
|
tariffi dovuti għal nuqqas ta’ konformità mal-obbligi kuntrattwali;
|
|
(e)
|
kostijiet għar-rimedju u l-kumpens lill-klijenti;
|
|
(f)
|
telf dovut għal dħul mitluf;
|
|
(g)
|
kostijiet marbuta mal-komunikazzjoni interna u esterna;
|
|
(h)
|
kostijiet ta’ konsulenza, inklużi kostijiet assoċjati ma’ konsulenza legali, servizzi forensiċi u servizzi ta’ rimedju.
|
|
|
Artikolu 7 2
|
2. Il-kostijiet u t-telf imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx jinkludu l-kostijiet li huma meħtieġa għall-operat ta’ kuljum tan-negozju, b’mod partikolari dawn li ġejjin:
|
(a)
|
kostijiet għall-manutenzjoni ġenerali tal-infrastruttura, it-tagħmir, l-hardware u s-software, u l-kostijiet biex il-ħiliet tal-persunal jinżammu aġġornati;
|
|
(b)
|
kostijiet interni jew esterni biex jittejjeb in-negozju wara l-inċident, inklużi aġġornamenti, titjib u inizjattivi ta’ valutazzjoni tar-riskju;
|
|
(c)
|
primjums tal-assigurazzjoni.
|
|
|
Artikolu 7 3
|
3. L-entitajiet finanzjarji għandhom jikkalkulaw l-ammonti tal-kostijiet u t-telf abbażi tad-data disponibbli fiż-żmien tar-rappurtar. Meta l-ammonti reali tal-kostijiet u tat-telf ma jkunux jistgħu jiġu ddeterminati, l-entitajiet finanzjarji għandhom jistmaw dawk l-ammonti.
|
|
Artikolu 7 4
|
4. Meta jivvalutaw l-impatt ekonomiku tal-inċident, l-entitajiet finanzjarji għandhom jiġbru flimkien il-kostijiet u t-telf imsemmija fil-paragrafu 1.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 25.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1772
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|