+REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/420 tas-16 ta’ Diċembru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji biex jiġu speċifikati l-kriterji għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni li jiżguraw parteċipazzjoni bilanċjata tal-membri tal-persunal mill-ASE u mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti, id-deżinjazzjoni, il-kompiti u l-arranġamenti ta’ ħidma tagħhom (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1 Kompiti tal-membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni
------+Artikolu 1 1
------+Artikolu 1 2
---+Artikolu 2 Stabbiliment tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni
------+Artikolu 2 1
------+Artikolu 2 2
------+Artikolu 2 3
------+Artikolu 2 4
------+Artikolu 2 5
------+Artikolu 2 6
------+Artikolu 2 7
---+Artikolu 3 Membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni
------+Artikolu 3 1
------+Artikolu 3 2
------+Artikolu 3 3
------+Artikolu 3 4
---+Artikolu 4 Bidla tas-sħubija fit-tim konġunt tal-eżaminazzjoni
---+Artikolu 5 Arranġamenti ta’ ħidma tal-membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni
------+Artikolu 5 1
------+Artikolu 5 2
------+Artikolu 5 3
------+Artikolu 5 4
------+Artikolu 5 5
---+Artikolu 6 Dħul fis-seħħ
|
English -
European Union -
Financial Industry -
DORA -
ICT -
Cybersecurity -
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/420 tas-16 ta’ Diċembru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji biex jiġu speċifikati l-kriterji għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni li jiżguraw parteċipazzjoni bilanċjata tal-membri tal-persunal mill-ASE u mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti, id-deżinjazzjoni, il-kompiti u l-arranġamenti ta’ ħidma tagħhom (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/420
tas-16 ta’ Diċembru 2024
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji biex jiġu speċifikati l-kriterji għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni li jiżguraw parteċipazzjoni bilanċjata tal-membri tal-persunal mill-ASE u mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti, id-deżinjazzjoni, il-kompiti u l-arranġamenti ta’ ħidma tagħhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Preamble: 1
|
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 41(2), it-tieni subparagrafu tiegħu,
Billi:
|
(1)
|
Il-qafas ta’ sorveljanza stabbilit bir-Regolament (UE) 2022/2554 jenħtieġ li jinbena fuq kooperazzjoni strutturata u kontinwa bejn l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) u l-awtoritajiet kompetenti permezz tal-Forum ta’ Sorveljanza u t-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni.
|
|
(2)
|
L-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 40(2) tar-Regolament (UE) 2022/2554 jenħtieġ li jiżguraw li l-membri tal-persunal tagħhom li għandhom jinħatru bħala membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni msemmi fl-Artikolu 40(1) ta’ dak ir-Regolament ikollhom l-għarfien espert tekniku meħtieġ fil-profili meħtieġa fit-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni. Il-prova li awtorità ma għandhiex persunal li jissodisfa l-għarfien espert tekniku speċifiku meħtieġ fit-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni jenħtieġ li titqies mis-Sorveljant Ewlieni bħala ġustifikazzjoni biex teżenta, f’dak l-istadju, lill-awtoritajiet milli jwettqu l-obbligu tagħhom li jinnominaw membri tal-persunal għat-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni. F’dak il-każ, madankollu, jenħtieġ li l-awtorità timpenja ruħha abbażi tal-aħjar sforz li tindirizza dak in-nuqqas ta’ għarfien espert u tipprova ssaħħaħ il-kapaċitajiet tagħha biex tikkontribwixxi għat-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni fil-kuntest tal-eżerċizzju li jmiss.
|
|
(3)
|
Il-membri tal-persunal tal-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 40(2) tar-Regolament (UE) 2022/2554 li huma ddeżinjati bħala membri ta’ tim konġunt tal-eżaminazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 40(1) ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li jibqgħu jkunu impjegati tal-awtorità li tinnomina u għalhekk soġġetti għas-sigħat tax-xogħol u l-post permanenti tax-xogħol kif inkluż fil-kuntratti ta’ impjieg tagħhom.
|
|
(4)
|
Sabiex jiġi żgurat l-aktar użu effettiv tar-riżorsi fl-eżekuzzjoni tal-attivitajiet ta’ sorveljanza, jenħtieġ li l-membri tat-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni jkunu jistgħu jifformaw parti minn diversi timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni u jissorveljaw diversi fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT. In-numru ta’ fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT li għandhom jiġu assenjati lil membru speċifiku ta’ tim konġunt tal-eżaminazzjoni, u l-ħtiġijiet ġenerali tal-persunal tat-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni, jenħtieġ li jqisu l-profil tar-riskju tal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT u l-livell previst ta’ intensità tal-attivitajiet ta’ sorveljanza. Dik il-possibbiltà li jiġu ssorveljati diversi fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT titqies fil-pjan strateġiku pluriennali ta’ sorveljanza aġġornat kull sena mis-Sorveljanti Ewlenin sa fejn ikun meħtieġ, u rifless fil-pjan individwali annwali ta’ sorveljanza. Sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà tal-impenn ippjanat u li għadu għaddej rigward l-allokazzjoni ta’ persunal għat-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni mill-awtoritajiet li jinnominaw, jenħtieġ li s-Sorveljant Ewlieni jikkonsulta kemm lin-Network Konġunt ta’ Sorveljanza kif ukoll lill-Forum ta’ Sorveljanza dwar il-pjan strateġiku pluriennali ta’ sorveljanza.
|
|
(5)
|
Is-Sorveljant Ewlieni jenħtieġ li japplika taħlita ta’ kriterji u ta’ prinċipji meta jidentifika n-numru ta’ membri tal-persunal f’kull tim konġunt tal-eżaminazzjoni u l-kompożizzjoni li tirriżulta. Minħabba l-impronta teknoloġika u ġeografika diversa u l-użu magħmul minn diversi entitajiet finanzjarji ta’ fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT, jenħtieġ li dawk il-kriterji u l-prinċipji jqisu n-natura teknika tal-kompiti ta’ sorveljanza, il-grad differenti ta’ dipendenza tal-entitajiet finanzjarji fuq is-servizzi pprovduti mill-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT, id-distribuzzjoni ġeografika, id-daqs u n-numru ta’ entitajiet finanzjarji li jiddependu fuq dawk is-servizzi u, fejn possibbli, rappreżentanza transsettorjali proporzjonata. Fit-twettiq ta’ dak il-kompitu, jenħtieġ li s-Sorveljant Ewlieni jiddependi fuq l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti fil-kuntest tad-deżinjazzjoni tal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT, inkluża l-informazzjoni meħtieġa għas-subkriterji kollha kif stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1502 (2) u jqis il-kritikalità tal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT għall-forniment ta’ servizzi finanzjarji speċifiċi kemm fil-livell tal-Istati Membri kif ukoll f’dak tal-Unjoni.
|
|
(6)
|
Sabiex jiġi żgurat li l-istruttura u l-kompożizzjoni tat-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni jkunu adegwati għall-użu tagħhom u biex jiġu żgurati kontinwament l-effiċjenza u l-effettività tal-Qafas ta’ Sorveljanza, jenħtieġ li s-Sorveljant Ewlieni u l-membri tat-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni jivvalutaw perjodikament il-kisbiet tat-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni. Is-Sorveljant Ewlieni u l-awtoritajiet li jinnominaw jenħtieġ li jużaw dawk il-valutazzjonijiet biex jivverifikaw jekk il-membri tat-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni għadhomx adegwati biex iwettqu l-kompiti tagħhom u fejn xieraq jagħmlu bidliet lis-sħubija tat-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni.
|
|
(7)
|
Sabiex jiġi żgurat li l-membri tat-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni jaħdmu bħala tim uniku u li l-attivitajiet ta’ sorveljanza jitwettqu b’mod konsistenti, jenħtieġ li l-ASE jispeċifikaw il-proċeduri ta’ sorveljanza li għandhom jiġu segwiti mill-membri tat-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni u mill-koordinatur tas-Sorveljant Ewlieni fit-twettiq ta’ dmirijiethom.
|
|
(8)
|
Peress li l-kompiti ta’ sorveljanza jinvolvu l-ipproċessar ta’ informazzjoni kunfidenzjali, jenħtieġ li s-Sorveljant Ewlieni jagħti aċċess għal tali informazzjoni u għar-riżorsi relatati tal-IT (inklużi l-għodod, l-applikazzjonijiet, u s-settijiet tad-data) u mhux tal-IT (inklużi l-politika, il-proċeduri u d-dokumentazzjoni) lill-membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni, fuq il-bażi ta’ ħtieġa ta’ għarfien, u fi ħdan l-ambitu speċifikat tal-inkarigi tagħhom, jekk dan ikun meħtieġ għall-membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni biex jassistu lis-Sorveljant Ewlieni fit-twettiq tal-funzjonijiet jew tal-kompiti statutorji tiegħu. Meta jiġu stabbiliti arranġamenti bejn is-Sorveljant Ewlieni u l-awtoritajiet kompetenti biex jimplimentaw dan ir-Regolament, b’mod konsistenti mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1505 (3), biex jiżguraw il-finanzjament xieraq tal-kostijiet assoċjati mar-riżorsi pprovduti mill-awtoritajiet li jinnominaw, jenħtieġ li f’tali arranġamenti s-Sorveljant Ewlieni jinkludi taqsima li tagħti d-dettalji dwar il-proċedura ta’ rimborż tal-kostijiet diretti u indiretti tal-awtoritajiet li jinnominaw kollha involuti fit-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni. Barra minn hekk, sabiex jiżguraw eżekuzzjoni trasparenti u affidabbli tal-attivitajiet ta’ sorveljanza, jenħtieġ li dawk l-arranġamenti jiżguraw ukoll li l-membri tat-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni jkunu ħielsa minn kwalunkwe kunflitt ta’ interess waqt it-twettiq ta’ dmirijiethom.
|
|
(9)
|
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentati lill-Kummissjoni Ewropea mill-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.
|
|
(10)
|
Il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej imsemmi fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) wettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizza l-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali tal-istandards proposti u talab il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Oqsma tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni u tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Qasam tal-Pensjonijiet tax-Xogħol stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, u tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010,
|
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
|
|
Artikolu 1 Kompiti tal-membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni
|
-
|
|
Artikolu 2 Stabbiliment tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni
|
-
|
|
Artikolu 3 Membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni
|
-
|
|
Artikolu 4 Bidla tas-sħubija fit-tim konġunt tal-eżaminazzjoni
|
Artikolu 4
Bidla tas-sħubija fit-tim konġunt tal-eżaminazzjoni
Perjodikament, jew fejn is-Sorveljant Ewlieni jinbidel, jew fejn iseħħu bidliet materjali kif speċifikat fl-Artikolu 2(2), is-Sorveljant Ewlieni, wara li jkun ikkonsulta lill-membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni, għandu jivvaluta r-riżultati tal-membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni. Kemm l-awtoritajiet li jinnominaw kif ukoll is-Sorveljant Ewlieni għandhom jużaw ir-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni biex jiddeċiedu jekk huwiex xieraq li tinbidel is-sħubija tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni.
|
|
Artikolu 5 Arranġamenti ta’ ħidma tal-membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni
|
-
|
|
Artikolu 6 Dħul fis-seħħ
|
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(1)
ĠU L 333, 27.12.2022, p. 1, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2022/2554/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1502 tat-22 ta’ Frar 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-kriterji għad-deżinjazzjoni ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT bħala kritiċi għall-entitajiet finanzjarji (ĠU L, 2024/1502, 30.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1502/oj).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1505 tat-22 ta’ Frar 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jiddetermina l-ammont tat-tariffi għas-sorveljanza li jridu jiġu imposti mis-Sorveljant Ewlieni fuq fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT u l-mod li bih dawn it-tariffi jridu jitħallsu (ĠU L, 2024/1505, 30.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1505/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2010/1093/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2010/1094/oj.
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2010/1095/oj).
(7) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/295 tal-24 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet li jippermettu t-twettiq tal-attivitajiet ta’ sorveljanza (ĠU L, 2025/295, 13.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/295/oj).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0420
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|