+Artikolu 2 Stabbiliment tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni
---+Artikolu 2 1
---+Artikolu 2 2
---+Artikolu 2 3
---+Artikolu 2 4
---+Artikolu 2 5
---+Artikolu 2 6
---+Artikolu 2 7
|
Artikolu 2 Stabbiliment tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 1
|
1. Wara l-ewwel deżinjazzjoni ta’ fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT bħala kritiku f’konformità mal-Artikolu 31(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2022/2554, is-Sorveljant Ewlieni, bi ftehim man-Network Konġunt ta’ Sorveljanza msemmi fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554, għandu jistabbilixxi t-tim konġunt tal-eżaminazzjoni responsabbli li jwettaq l-attivitajiet ta’ sorveljanza fuq dak il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT.
|
|
Artikolu 2 2
|
2. Fejn iseħħu bidliet materjali rigward is-sitwazzjoni tal-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT, is-Sorveljant Ewlieni jista’ jaġġorna, bi ftehim man-Network Konġunt ta’ Sorveljanza, il-kompożizzjoni tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni responsabbli li jwettaq l-attivitajiet ta’ sorveljanza fuq dak il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT.
Għal dak l-għan, il-bidliet materjali rigward il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT għandhom ikunu relatati ma’ kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(a)
|
is-servizzi pprovduti minn fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT;
|
|
(b)
|
l-attivitajiet imwettqa mill-entitajiet finanzjarji li huma appoġġati mis-servizzi tal-ICT tal-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT;
|
|
(c)
|
il-lista ta’ fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT fil-livell tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 31(9) tar-Regolament (UE) 2022/2554;
|
|
|
Artikolu 2 3
|
3. L-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 40(2) tar-Regolament (UE) 2022/2554 għandhom jinnominaw individwu wieħed jew aktar mill-persunal tagħhom li għandhom jiġu ddeżinjati bħala membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni. Individwu jista’ jiġi nnominat u ddeżinjat bħala membru ta’ tim konġunt tal-eżaminazzjoni wieħed jew aktar.
|
|
Artikolu 2 4
|
4. Is-Sorveljant Ewlieni għandu jiddeżinja l-individwi nnominati bħala membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni jew fuq bażi full-time jew fuq bażi part-time, skont id-disponibbiltà tagħhom, il-ħtiġijiet speċifiċi tas-Sorveljant Ewlieni, u l-ftehim bejn l-awtorità li tinnomina u s-Sorveljant Ewlieni.
|
|
Artikolu 2 5
|
5. Meta jinnominaw il-membri tat-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni, l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 40(2) tar-Regolament (UE) 2022/2554 għandhom jivvalutaw l-għarfien espert tekniku, il-kwalifiki u l-ħiliet tagħhom fl-ICT u f’oqsma rilevanti, inklużi ħiliet ta’ komunikazzjoni u ta’ kollaborazzjoni, kif ukoll ħiliet ta’ awditjar u ta’ superviżjoni.
|
|
Artikolu 2 6
|
6. Is-Sorveljant Ewlieni jista’ jirrikjedi li l-awtoritajiet li jinnominaw jimmodifikaw in-nomini tagħhom biss f’ċirkostanzi ġustifikati u meta l-profili tal-individwi nominati ma jaqblux mal-profil tar-riżorsi meħtieġa.
|
|
Artikolu 2 7
|
7. Is-Sorveljant Ewlieni u l-awtoritajiet għandhom jieħdu l-miżuri xierqa u possibbli kollha biex jiżguraw li t-tim konġunt tal-eżaminazzjoni jkollu persunal adegwat f’konformità mal-pjan annwali ta’ sorveljanza individwali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0420
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|