+Artikolu 17 Dispożizzjonijiet oħra relatati mar-rapportar
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 17 4.
---+Artikolu 17 5.
---+Artikolu 17 6.
|
Artikolu 17 Dispożizzjonijiet oħra relatati mar-rapportar
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1.
|
L-ENISA tista’ tissottometti lin-network Ewropew ta’ organizzazzjoni ta’ kollegament f’każ ta’ ċiberkriżijiet (EU-CyCLONe) stabbilit skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva (UE) 2022/2555 informazzjoni notifikata skont l-Artikolu 14(1) u (3) u l-Artikolu 15(1) u (2) ta’ dan ir-Regolament jekk tali informazzjoni tkun rilevanti għall-ġestjoni koordinata ta’ inċidenti u kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira f’livell operattiv. Għall-fini li tiġi ddeterminata tali rilevanza, l-ENISA tista’ tqis l-analiżijiet tekniċi mwettqa min-network tas-CSIRTs, meta dawk ikunu disponibbli.
|
|
Artikolu 17 2.
|
Meta s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku tkun meħtieġa biex jiġi evitat jew immitigat inċident serju li jkollu impatt fuq is-sigurtà tal-prodott b’elementi diġitali jew biex jiġi ġestit inċident li jkun għaddej, jew meta d-divulgazzjoni tal-inċident tkun b’xi mod ieħor fl-interess pubbliku, is-CSIRT maħtura bħala koordinatur tal-Istat Membru rilevanti tista’, wara li tikkonsulta mal-manifattur ikkonċernat u, meta jkun xieraq, f’kooperazzjoni mal-ENISA, tinforma lill-pubbliku dwar l-inċident jew tesiġi li l-manifattur jagħmel dan.
|
|
Artikolu 17 3.
|
L-ENISA, abbażi tan-notifiki riċevuti skont l-Artikolu 14(1) u (3) u l-Artikolu 15(1) u (2) ta’ dan ir-Regolament, għandha tħejji, kull 24 xahar, rapport tekniku dwar ix-xejriet emerġenti rigward ir-riskji għaċ-ċibersigurtà fi prodotti b’elementi diġitali u tissottomettih lill-Grupp ta’ Kooperazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva (UE) 2022/2555. L-ewwel tali rapport għandu jiġi sottomess fi żmien 24 xahar mid-data tal-applikazzjonital-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 14(1) u (3). L-ENISA għandha tinkludi l-informazzjoni rilevanti mir-rapporti tekniċi tagħha fir-rapport tagħha dwar l-istat taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva (UE) 2022/2555.
|
|
Artikolu 17 4.
|
Is-sempliċi att ta’ notifika f’konformità mal-Artikolu 14(1) u (3) jew l-Artikolu 15(1) u (2) ma għandux jissoġġetta lill-persuna fiżika jew ġuridika notifikanti għal responsabbiltà akbar.
|
|
Artikolu 17 5.
|
Wara li jsiru disponibbli aġġornament tas-sigurtà jew forma oħra ta’ miżura korrettiva jew ta’ mitigazzjoni, l-ENISA għandha, bi qbil mal-manifattur tal-prodott b’elementi diġitali kkonċernat, iżżid il-vulnerabbiltà magħrufa pubblikament notifikata skont l-Artikolu 14(1) jew l-Artikolu 15(1) ta’ dan ir-Regolament fil-bażi tad-data Ewropea dwar il-vulnerabbiltajiet stabbilita skont l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2555.
|
|
Artikolu 17 6.
|
Is-CSIRTs maħtura bħala koordinaturi għandhom jipprovdu appoġġ tal-helpdesk fir-rigward tal-obbligi ta’ rapportar skont l-Artikolu 14 lill-manifatturi u b’mod partikolari lill-manifatturi li jikkwalifikaw bħala intrapriżi mikro jew bħala intrapriżi żgħar jew ta’ daqs medju.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2847
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|