+Artikolu 26 Gwida
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 3.
|
Artikolu 26 Gwida
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 26 1.
|
Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni u tiġi żgurata l-konsistenza ta’ tali implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippubblika gwida biex tassisti lill-operaturi ekonomiċi fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’enfasi partikolari fuq l-iffaċilitar tal-konformità min-naħa tal-intrapriżi mikro u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.
|
|
Artikolu 26 2.
|
Meta jkollha l-ħsieb li tipprovdi gwida kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tindirizza mill-anqas l-aspetti li ġejjin:
(a)
il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’enfasi partikolari fuq is-soluzzjonijiet ta’ pproċessar ta’ data mill-bogħod u s-software liberu u b’sors miftuħ;
(b)
l-applikazzjoni tal-perjodi ta’ appoġġ fir-rigward ta’ kategoriji partikolari ta’ prodotti b’elementi diġitali;
(c)
gwida mmirata lejn il-manifatturi soġġetti għal dan ir-Regolament li huma soġġetti wkoll għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni għajr dan ir-Regolament jew għal atti legali relatati oħra tal-Unjoni;
(d)
il-kunċett ta’ modifika sostanzjali.
Il-Kummissjoni għandha żżomm ukoll lista li tkun faċli biex tiġi aċċessata tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 26 3.
|
Meta tħejji l-gwida skont dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati rilevanti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2847
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|