+Artikolu 7 Individwazzjoni ta’ informazzjoni nieqsa dwar il-pagatur jew il-prenditur
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
---+Artikolu 7 4
---+Artikolu 7 5

Artikolu 7 Individwazzjoni ta’ informazzjoni nieqsa dwar il-pagatur jew il-prenditur

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1

1.   Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur għandu jimplimenta proċeduri effettivi biex jindividwa jekk is-segmenti li jirrigwardaw l-informazzjoni dwar il-pagatur u l-prenditur fis-sistema ta’ messaġġi jew ta’ pagamenti u saldu li tintuża sabiex isir it-trasferiment ta’ fondi jkunux imtlew bl-użu tal-karattri jew inputs ammissibbli skont il-prattika ta’ dik is-sistema.

Artikolu 7 2

2.   Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur għandu jimplimenta proċeduri effettivi, inkluż, fejn xieraq, monitoraġġ wara jew waqt it-trasferimenti, sabiex jindividwa jekk l-informazzjoni li ġejja dwar il-pagatur jew il-prenditur tkunx nieqsa:

(a)

għal trasferimenti ta’ fondi fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur ikun stabbilit fl-Unjoni, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5;

(b)

għal trasferimenti ta’ fondi fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur ikun stabbilit barra l-Unjoni, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punti (a), (b) u (c), u l-Artikolu 4(2), il-punti (a) u (b);

(c)

għal trasferimenti f’lottijiet fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur ikun stabbilit barra l-Unjoni l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punti (a), (b) u (c), u l-Artikolu 4(2), il-punti (a) u (b) fir-rigward ta’ dak it-trasferiment f’lottijiet.

Artikolu 7 3

3.   Fil-każ ta’ trasferimenti ta’ fondi li jaqbżu l-EUR 1 000, kemm jekk dawk it-trasferimenti jsiru fi tranżazzjoni waħda kif ukoll jekk isiru f’diversi tranżazzjonijiet li jidhru marbutin, qabel ma jikkredita l-kont tal-pagamenti tal-prenditur jew jagħmel il-fondi disponibbli għall-prenditur, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur għandu jivverifika l-eżattezza tal-informazzjoni dwar il-prenditur imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu abbażi ta’ dokumenti, data jew informazzjoni miksuba minn sors affidabbli u indipendenti, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 83 u 84 tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

Artikolu 7 4

4.   Fil-każ ta’ trasferimenti ta’ fondi li ma jaqbżux l-EUR 1 000 li ma jidhrux li huma marbuta ma’ trasferimenti oħra ta’ fondi li, flimkien mat-trasferiment inkwistjoni, jaqbżu l-EUR 1 000, mhuwiex meħtieġ li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur jivverifika l-eżattezza tal-informazzjoni dwar il-prenditur, sakemm il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur:

(a)

ma jħallasx il-fondi fi flus kontanti jew fi flus elettroniċi anonimi; jew

(b)

ma jkollux raġunijiet raġonevoli għal suspett ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 7 5

5.   Il-verifika kif imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandha titqies li tkun saret meta japplika wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

l-identità tal-prenditur tkun ġiet ivverifikata f’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2015/849 u l-informazzjoni miksuba bis-saħħa ta’ dik il-verifika tkun inżammet f’konformità mal-Artikolu 40 ta’ dik id-Direttiva;

(b)

l-Artikolu 14(5) tad-Direttiva (UE) 2015/849 ikun japplika għall-prenditur.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.06.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1113
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.