+Artikolu 37 Rieżami
---+Artikolu 37 1
---+Artikolu 37 2
---+Artikolu 37 3
|
Artikolu 37 Rieżami
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 37 1
|
1. Sa 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ Regolament dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dan ir-Regolament u għandha, jekk ikun xieraq, tipproponi emendi sabiex tiżgura approċċ u allinjament konsistenti mar-Regolament dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu.
|
|
Artikolu 37 2
|
2. Sal-1 ta’ Lulju 2026, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-EBA, għandha toħroġ rapport li jivvaluta r-riskji maħluqa mit-trasferimenti minn jew lejn indirizzi awtoospitati jew entitajiet mhux stabbiliti fl-Unjoni, kif ukoll il-ħtieġa ta’ miżuri speċifiċi biex jittaffew dawk ir-riskji, u tipproponi, jekk xieraq, emendi għal dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 37 3
|
3. Sat-30 ta’ Ġunju 2027, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva.
Ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:
|
(a)
|
valutazzjoni tal-effettività tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament u ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi;
|
|
(b)
|
valutazzjoni tas-soluzzjonijiet teknoloġiċi għall-konformità mal-obbligi imposti fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi skont dan ir-Regolament, inkluż tal-aħħar żvilupp f’soluzzjonijiet teknoloġikament tajbin u interoperabbli għall-konformità ma’ dan ir-Regolament u tal-użu ta’ għodod analitiċi tad-DLT għall-identifikazzjoni tal-oriġini u d-destinazzjoni tat-trasferimenti tal-kriptoassi u għat-twettiq ta’ valutazzjoni tal-“għarfien tat-tranżazzjonijiet tiegħek” (KYT);
|
|
(c)
|
valutazzjoni tal-effettività u l-adegwatezza tal-limiti de minimis relatati mat-trasferimenti ta’ fondi, b’mod partikolari fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni u s-sett ta’ informazzjoni li jakkumpanja t-trasferimenti, u valutazzjoni tal-ħtieġa li jitnaqqsu jew jitneħħew dawn il-limiti;
|
|
(d)
|
valutazzjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji tal-introduzzjoni ta’ limiti de minimis relatati mas-sett ta’ informazzjoni li jakkumpanja t-trasferimenti ta’ kriptoassi, inkluż valutazzjoni tar-riskji relatati mal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;
|
|
(e)
|
analiżi tax-xejriet fl-użu ta’ indirizzi awtoospitati biex isiru trasferimenti mingħajr l-ebda involviment ta’ parti terza, flimkien ma’ valutazzjoni tar-riskji relatati mal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u evalwazzjoni tal-ħtieġa, l-effettività u l-eżegwibbiltà ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni addizzjonali, bħall-obbligi speċifiċi għall-fornituri ta’ kartieri ta’ hardware u software u limitazzjoni, kontroll jew projbizzjoni ta’ trasferimenti li jinvolvu indirizzi awtoospitati.
|
Dak ir-rapport għandu jqis żviluppi ġodda fil-qasam tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, kif ukoll evalwazzjonijiet, valutazzjonijiet u rapporti rilevanti f’dak il-qasam imfassla minn organizzazzjonijiet internazzjonali u korpi li jistabbilixxu l-istandards, awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u aġenziji tal-intelligence, fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi jew sorsi affidabbli oħra.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.06.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1113
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|