+Artikolu 13 Irtirar ta’ awtorizzazzjoni
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
|
Artikolu 13 Irtirar ta’ awtorizzazzjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirtiraw awtorizzazzjoni maħruġa lil istituzzjoni ta’ pagament biss jekk l-istituzzjoni:
(a)
ma tagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, espressament tirrinunzja l-awtorizzazzjoni jew tkun waqfet milli twettaq negozju għal aktar minn sitt xhur, jekk l-Istat Membru ikkonċernat ma jkunx għamel provvediment għal skadenza tal-awtorizzazzjoni f’każijiet bħal dawn;
(b)
tkun kisbet l-awtorizzazzjoni permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew b’xi mezzi irregolari oħra;
(c)
ma tkunx għadha tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni jew tonqos milli tinforma l-awtorità kompetenti dwar żviluppi ewlenin f’dan ir-rigward;
(d)
tikkostitwixxi theddida għall-istabbiltà jew għall-fiduċja fis-sistema ta’ pagament bit-tkomplija tan-negozju tagħha ta’ servizzi ta’ pagament; jew
(e)
taqa’ f’wieħed mill-każijiet l-oħra fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi l-irtirar ta’ awtorizzazzjoni.
|
|
Artikolu 13 2.
|
L-awtorità kompetenti għandha tagħti raġunijiet għal kwalunkwe irtirar ta’ awtorizzazzjoni u għandha tinforma lil dawk ikkonċernati b’dan.
|
|
Artikolu 13 3.
|
L-awtorità kompetenti għandha tagħmel pubbliku l-irtirar ta’ awtorizzazzjoni, inkluż fir-reġistri msemmija fl-Artikoli 14 u 15.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L2366
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|