+Artikolu 164 6.
|
Artikolu 164 6.
Abbażi tad-data miġbura skont l-Artikolu 430a u ta' kwalunkwe indikatur rilevanti ieħor, u filwaqt li tqis l-iżviluppi prospettivi tas-suq tal-proprjetà immobbli, l-awtorità maħturaf'konformità mal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għandha perjodikament, u mill-inqas b'mod annwali, tivvaluta jekk il-valuri minimi tal-input tal-LGD imsemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu humiex adatti għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur iggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali jew skoperturi oħra fil-livell tal-konsumatur iggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali li jinsabu f'parti waħda jew aktar mit-territorju tal-Istat Membru ta’ dik l-awtorità. Meta, abbażi tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità maħtura f'konformità mal-paragrafu 5 tikkonkludi li l-valuri minimi tal-input tal-LGD imsemmija fil-paragrafu 4 mhumiex adegwati, u jekk tqis li l-inadegwatezza tal-valuri minimi tal-input tal-LGD tista' taffettwa b'mod negattiv l-istabbiltà finanzjarja attwali jew futura fl-Istat Membru tagħha, din tista' tiffissa valuri minimi tal-input tal-LGD ogħla għal dawk l-iskoperturi li jkunu jinsabu f'parti waħda jew aktar mit-territorju tal-Istat Membru ta’ dik l-awtorità. Dawk il-valuri minimi tal-input tal-LGD ogħla jistgħu jiġu applikati wkoll fil-livell ta' segment wieħed jew aktar ta' proprjetà ta' tali skoperturi. L-awtorità maħtura f'konformità mal-paragrafu 5 għandha tinnotifika lill-EBA u lill-BERS qabel tieħu d-deċiżjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Fi żmien xahar minn meta jirċievu dik in-notifika, l-EBA u l-BERS għandhom jagħtu l-opinjoni tagħhom lill-Istat Membru kkonċernat. L-EBA u l-BERS għandhom jippubblikaw l-ogħla valuri minimi tal-input tal-LGD imsemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|