+Artikolu 208 Rekwiżiti għal kollateral li huwa proprjetà immobbli
---+Artikolu 208 1.
---+Artikolu 208 2.
---+Artikolu 208 3.
---+Artikolu 208 3a.
---+Artikolu 208 4.
---+Artikolu 208 5.

Artikolu 208 Rekwiżiti għal kollateral li huwa proprjetà immobbli

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 208 1.
Il-proprjetà immobbli għandha tikkwalifika bħala kollateral eliġibbli biss meta jintlaħqu r-rekwiżiti kollha stbabiliti fil-paragrafi 2 sa 5.
Artikolu 208 2.

Għandhom jintlaħqu r-rekwiżiti li ġejjin dwar iċ-ċertezza legali:

(a) 

ipoteka jew imposta hija infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet kollha li huma rilevanti fi żmien il-konklużjoni tal-ftehim tal-kreditu u għandhom jiġu ppreżentati kif xieraq u fil-pront;

(b) 

ġew issodisfatti r-rekwiżiti legali kollha għall-istabbiliment tar-rahan;

(c) 

il-ftehim ta’ protezzjoni u l-proċess legali sottostanti jippermettu lill-istituzzjoni li tirrealizza l-valur tal-protezzjoni f’perijodu ta’ żmien raġonevoli.

Artikolu 208 3.

Għandhom jintlaħqu r-rekwiżiti li ġejjin dwar il-monitoraġġ tal-valuri tal-proprjetà u l-valutazzjoni tal-proprjetà:

(a) 

l-istituzzjonijiet jissorveljaw il-valur tal-proprjetà b’mod frekwenti u b’minimu ta’ darba fis-sena għal proprjetà kummerċjali immobbli u darba kull tliet snin għall-proprjetà residenzjali. L-istituzzjonijiet iwettqu sorvejlanza aktar frekwenti fejn is-suq huwa soġġett għal bidliet sinifikanti fil-kondizzjonijiet;

▼M17

(b) 

il-valwazzjoni tal-proprjetà tiġi riveduta meta l-informazzjoni disponibbli għall-istituzzjonijiet tindika li l-valur tal-proprjetà jista' jkun li naqas materjalment fir-rigward tal-prezzijiet ġenerali tas-suq u dik ir-reviżjoni titwettaq minn valwatur li għandu l-kwalifiki, l-abbiltà u l-esperjenza meħtieġa sabiex iwettaq valwazzjoni u li huwa indipendenti mill-proċess tad-deċiżjoni dwar il-kreditu; Kunsiderazzjonijiet relatati mal-ESG, inkluż dawk relatati mal-limitazzjonijiet imposti mill-objettivi regolatorji u l-atti legali rilevanti tal-Unjoni u tal-Istati Membri, kif ukoll, fejn rilevanti għal istituzzjonijiet attivi internazzjonalment, objettivi legali u regolatorji ta' pajjiżi terzi, għandhom jitqiesu bħala indikazzjoni li l-valur tal-proprjetà seta' naqas materjalment, meta mqabbel mal-prezzijiet ġenerali tas-suq; għal self li jaqbeż EUR 3 miljuni jew il-5 % tal-fondi proprji ta' istituzzjoni, il-valwazzjoni tal-proprjetà għandha tiġi riveduta minn tali valwatur mill-inqas kull tliet snin.

Artikolu 208 3a.

L-istituzzjonijiet jistgħu jimmonitorjaw il-valur tal-proprjetà immobbli u jidentifikaw il-proprjetà immobbli li teħtieġ rivalwazzjoni, f’konformità mal-paragrafu 3, permezz ta' metodi statistiċi avvanzati jew metodi matematiċi oħra (“mudelli”), dment li dawk il-metodi jiġu żviluppati indipendentement mill-proċess ta' deċiżjoni dwar il-kreditu u jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-istituzzjonijiet jistabbilixxu, fil-politiki u fil-proċeduri tagħhom, il-kriterji għall-użu ta' mudelli għall-monitoraġġ tal-valuri tal-kollateral u għall-identifikazzjoni tal-proprjetajiet li għandhom jiġu vvalwati mill-ġdid; dawk il-politiki u l-proċeduri għandhom iqisu r-rekord ipprovat ta' tali mudelli, il-varjabbli speċifiċi għall-proprjetà kkunsidrati, l-użu ta' informazzjoni minima disponibbli u akkurata, u l-inċertezza tal-mudelli;

(b) 

l-istituzzjonijiet jiżguraw li l-mudelli użati jkunu:

(i) 

speċifiċi għall-proprjetà u għall-post f'livell suffiċjenti ta' granularità;

(ii) 

validi u akkurati, u soġġetti għal ittestjar retrospettiv robust u regolari skont il-prezzijiet attwali osservati tat-tranżazzjonijiet;

(iii) 

ibbażati fuq kampjun kbir u rappreżentattiv biżżejjed, fuq il-bażi tal-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet osservati;

(iv) 

ibbażati fuq data aġġornata ta' kwalità għolja;

(c) 

l-istituzzjonijiet huma fl-aħħar mill-aħħar responsabbli għall-adegwatezza u l-prestazzjoni tal-mudelli;

(d) 

l-istituzzjonijiet jiżguraw li d-dokumentazzjoni tal-mudelli tkun aġġornata;

(e) 

l-istituzzjonijiet ikollhom fis-seħħ proċessi, sistemi u kapaċitajiet adegwati tal-IT u jkollhom data suffiċjenti u akkurata għal kwalunkwe monitoraġġ ibbażat fuq mudelli tal-valur tal-kollateral tal-proprjetà immobbli u l-identifikazzjoni ta' proprjetà li teħtieġ rivalwazzjoni;

(f) 

l-istimi tal-mudelli jiġu vvalidati b'mod indipendenti u l-proċess ta' validazzjoni jkun ġeneralment konsistenti mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 185, fejn applikabbli.

Artikolu 208 4.
L-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw biċ-ċar it-tipi ta' proprjetà residenzjali u proprjetà immobbli kummerċjali li jaċċettaw u l-politiki tal-għoti ta' self tagħhom f'dan ir-rigward.
Artikolu 208 5.
Il-proprjetà immobbli meħuda bħala protezzjoni ta' kreditu għandha tkun assigurata b'mod adegwat kontra r-riskju ta' dannu u l-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri biex jimmonitorjaw l-adegwatezza tal-assigurazzjoni.

B'deroga mill-Artikolu 92(5), il-punt (a)(ii), u mingħajr preġudizzju għad-deroga stabbilita fl-Artikolu 92(3), it-tieni subparagrafu, għal skoperturi ggarantiti bi proprjetà immobbli mogħtija qabel l-1 ta' Jannar 2025, l-istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ IRB imsemmi fil-Kapitolu 3 ta' dan it-Titolu billi jużaw l-istimi proprji tagħhom tal-LGD ma għandhomx ikunu meħtieġa japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.