+Artikolu 280a Suppliment tal-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax
---+Artikolu 280a 1.
---+Artikolu 280a 2.
---+Artikolu 280a 3.

Artikolu 280a Suppliment tal-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 280a 1.

Għall-finijiet tal-Artikolu 278, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment tal-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax għal sett tan-netting partikolari kif ġej:

image

fejn:

AddOnIR

=

is-suppliment tal-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax;

j

=

l-indiċi li jindika s-settijiet kollha ta' hedging ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax stabbiliti skont il-punt (a) tal-Artikolu 277a(1) u skont l-Artikolu 277a(2) għas-sett tan-netting; u

image

=

is-suppliment tal-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax għas-sett ta' hedging j ikkalkulat skont il-paragrafu 2.

Artikolu 280a 2.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment tas-sett ta' hedging j tal-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax:

image

fejn:

єj

=

il-koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni tas-sett ta' hedging j determinat skont il-valur applikabbli speċifikat fl-Artikolu 280;

SFIR

=

il-fattur ta' superviżjoni għall-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax b'valur ugwali għal 0,5 %; u

image

=

l-ammont nozzjonali effettiv tas-sett ta' hedging j ikkalkulat skont il-paragrafu 3.

Artikolu 280a 3.

Għall-fini tal-kalkolu tal-ammont nozzjonali effettiv tas-sett ta' hedging j, l-istituzzjonijiet għandhom l-ewwel jikklassifikaw kull tranżazzjoni tas-sett ta' hedging lill-bucket ix-xieraq fit-Tabella 2. Dawn għandhom jagħmlu hekk abbażi tad-data ta' tmiem ta' kull tranżazzjoni kif determinat skont il-punt (a) tal-Artikolu 279b(1):



Tabella 2

Bucket

Data tat-tmiem

(fi snin)

1

> 0 u <= 1

2

> 1 u <= 5

3

> 5

Sussegwentement, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali effettiv tas-sett ta' hedging j skont il-formula li ġejja:

fejn:

image

=

l-ammont nozzjonali effettiv tas-sett ta' hedging j; u

Dj,k

=

l-ammont nozzjonali effettiv tal-bucket k tas-sett ta' hedging j huwa kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

l

=

l-indiċi li jindika l-pożizzjoni ta' riskju.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.