+Artikolu 323 Qafas għall-ġestjoni tar-riskju operazzjonali
---+Artikolu 323 1.
---+Artikolu 323 2.

Artikolu 323 Qafas għall-ġestjoni tar-riskju operazzjonali

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 323 1.

L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ:

(a) 

sistema ta' valutazzjoni u ta' ġestjoni ddokumentata sew għar-riskju operazzjonali li tkun integrata mill-qrib fil-proċessi ta' ġestjoni tar-riskju ta' kuljum, tifforma parti integrali mill-proċess ta' monitoraġġ u ta' kontroll tal-profil tar-riskju operazzjonali tal-istituzzjoni, u li għaliha ġew assenjati responsabbiltajiet ċari; is-sistema ta' valutazzjoni u ta' ġestjoni għar-riskju operazzjonali għandha tidentifika l-iskoperturi tal-istituzzjoni għar-riskju operazzjonali u ssegwi d-data rilevanti dwar ir-riskju operazzjonali, inkluż id-data dwar it-telf materjali;

(b) 

funzjoni ta' ġestjoni tar-riskji operazzjonali li tkun indipendenti mill-unitajiet tan-negozju u operazzjonali tal-istituzzjoni;

(c) 

sistema ta' rapportar lill-maniġment superjuri li tipprovdi rapporti dwar ir-riskju operazzjonali lill-funzjonijiet rilevanti fl-istituzzjoni;

(d) 

sistema ta' monitoraġġ u ta' rapportar regolari tal-iskoperturi għar-riskju operazzjonali u tal-esperjenza tat-telf, u proċeduri għat-teħid ta' azzjonijiet korrettivi xierqa;

(e) 

rutini għall-iżgurar tal-konformità, u politiki għat-trattament tan-nuqqas ta' konformità;

(f) 

rieżamijiet regolari tal-proċessi u tas-sistemi ta' valutazzjoni tar-riskju operazzjonali u ta' ġestjoni tal-istituzzjoni, imwettqin minn awdituri interni jew esterni li jkollhom l-għarfien neċessarju;

(g) 

proċessi ta' validazzjoni interna li joperaw b'mod tajjeb u effettiv;

(h) 

flussi u proċessi tad-data trasparenti u aċċessibbli assoċjati mas-sistema ta' valutazzjoni tar-riskju operazzjonali tal-istituzzjoni.

Artikolu 323 2.
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-obbligi skont il-paragrafu 1, il-punti minn (a) sa (h), filwaqt li tqis id-daqs u l-kumplessità tal-istituzzjoni.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2027.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.