+Artikolu 325j Trattament ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv
---+Artikolu 325j 1.
---+Artikolu 325j 1a.
---+Artikolu 325j 2.
---+Artikolu 325j 3.
---+Artikolu 325j 4.
---+Artikolu 325j 5.
---+Artikolu 325j 6.
---+Artikolu 325j 7.

Artikolu 325j Trattament ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 325j 1.

Istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' pożizzjoni f'CIU billi tuża wieħed mill-approċċi li ġejjin:

(a) 

istituzzjoni li tissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 104(8), il-punt (a), għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' dik il-pożizzjoni billi tixtarr il-pożizzjonijiet sottostanti tas-CIU, fuq bażi ta' kull xahar, daqslikieku dawk il-pożizzjonijiet kienu miżmumin direttament mill-istituzzjoni;

(b) 

istituzzjoni li tissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 104(8), il-punt (b), għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' dik il-pożizzjoni billi tuża wieħed mill-approċċi li ġejjin:

(i) 

għandha tqis il-pożizzjoni fis-CIU bħala pożizzjoni ta' ekwità unika allokata lill-bucket “settur ieħor” fl-Artikolu 325ap(1), it-Tabella 8;

(ii) 

għandha tqis il-limiti stabbiliti fil-mandat tas-CIU u fil-liġi rilevanti.

Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b)(ii) ta’ dan il-paragrafu, l-istituzzjoni tista' tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti u r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu tal-pożizzjonijiet tad-derivattivi tas-CIU, bl-użu tal-approċċ simplifikat stabbilit fl-Artikolu 132a(3).

Artikolu 325j 1a.

Għall-finijiet tal-approċċi msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), ta' dan l-Artikolu l-istituzzjoni għandha:

(a) 

tapplika r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza stabbiliti fit-Taqsima 5 u ż-żieda għar-riskju residwu stabbilita fit-Taqsima 4 għal pożizzjoni f'CIU, meta l-mandat ta' dik is-CIU jippermettilha tinvesti fi skoperturi li għandhom ikunu soġġetti għal dawk ir-rekwiżiti ta' fondi proprji; meta jintuża l-approċċ imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b)(i) ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjoni għandha tqis il-pożizzjoni fis-CIU bħala pożizzjoni ta' ekwità mhux klassifikata unika allokata lill-bucket “mhux klassifikata” fl-Artikolu 325y(1), it-Tabella 2; u

(b) 

għall-pożizzjonijiet kollha fl-istess CIU, tuża l-istess approċċ fost l-approċċi stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punt (b), ta' dan l-Artikolu biex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji fuq bażi awtonoma bħala portafoll separat.

Artikolu 325j 2.
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, fejn istituzzjoni jkollha pożizzjoni f’CIU li ssegwi parametru referenzjarju tal-indiċi sabiex id-differenza fir-ritorn annwali bejn is-CIU u l-parametru referenzjarju tal-indiċi segwit tul l-aħħar 12-il xahar ikun taħt il-1 % f’termini assoluti, bl-esklużjoni tat-tariffi u l-kummissjonijiet, l-istituzzjoni tista’ tittratta dik il-pożizzjoni bħala pożizzjoni fil-parametru referenzjarju tal-indiċi segwit. Istituzzjoni għandha tivverifika l-konformità ma’ dik il-kundizzjoni meta l-istituzzjoni tassumi l-pożizzjoni u, wara dak, minn tal-anqas kull sena.

Madankollu, meta d-data għall-aħħar 12-il xahar ma tkunx għalkollox disponibbli, istituzzjoni tista’, soġġett għall-permess mingħand l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni, tuża differenza fir-ritorn annwali minn perjodu iqsar minn 12-il xahar.

Artikolu 325j 3.
Istituzzjoni tista’ tikkombina l-approċċi msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), għall-pożizzjonijiet tagħha fis-CIUs. Madankollu, istituzzjoni għandha tuża biss wieħed minn dawk l-approċċi għall-pożizzjonijiet kollha fl-istess CIU.
Artikolu 325j 4.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), ta' dan l-Artikolu istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq billi tiddetermina l-portafoll ipotetiku tas-CIU li jkun jattira l-ogħla rekwiżiti ta' fondi proprji f'konformità mal-Artikolu 325c(2), il-punt (a), fuq il-bażi tal-mandat jew tal-liġi rilevanti tas-CIU, b'kont meħud tal-lieva finanzjarja sal-punt massimu, fejn applikabbli.

L-istituzzjoni għandha tuża l-istess portafoll ipotetiku bħal dak imsemmi fl-ewwel subparagrafu sabiex tikkalkula, fejn applikabbli, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza stabbiliti fit-Taqsima 5 u ż-żieda għar-riskju residwu stabbiliti fit-Taqsima 4 għal pożizzjoni f'CIU.

Il-metodoloġija żviluppata mill-istituzzjoni sabiex tiddetermina l-portafolli ipotetika tal-pożizzjonijiet kollha fis-CIUs li għalihom jintużaw il-kalkoli msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti tagħha.

Artikolu 325j 5.
Istituzzjoni tista’ tuża l-approċċi msemmija fil-paragrafu 1 fil-każijiet biss li fihom is-CIU tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 132(3). Fil-każijiet li fihom is-CIU ma tissodisfax il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 132(3), l-istituzzjoni għandha tassenja l-pożizzjonijiet tagħha f’dik is-CIU għall-portafoll mhux tan-negozjar.
Artikolu 325j 6.

Sabiex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' pożizzjoni ta' CIU f'konformità mal-approċċ stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (a), l-istituzzjonijiet jistgħu jiddependu fuq parti terza sabiex twettaq tali kalkolu, dment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-parti terza tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

l-istituzzjoni depożitarja jew l-istituzzjoni depożitarja finanzjarja tas-CIU, dment li s-CIU tinvesti b'mod esklużiv f'titoli u tiddepożita t-titoli kollha f'dik l-istituzzjoni depożitarja jew l-istituzzjoni depożitarja finanzjarja;

(ii) 

għal CIUs li ma jkunux koperti mill-punt (i) ta' dan il-punt, il-kumpanija maniġerjali tas-CIU, dment li l-kumpanija maniġerjali tas-CIU tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 132(3), il-punt (a);

(iii) 

bejjiegħ terz bil-kundizzjoni li d-data, l-informazzjoni jew il-metriċi tar-riskju jiġu pprovduti jew ikkalkulati mill-partijiet terzi msemmija fil-punt(i) jew (ii) ta' dan il-punt jew minn bejjiegħ terz ieħor bħal dan;

(b) 

il-parti terza tipprovdi lill-istituzzjoni bid-data, bl-informazzjoni jew bil-metriċi tar-riskju sabiex tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq tal-pożizzjoni tas-CIU f'konformità mal-approċċ imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu;

(c) 

awditur estern tal-istituzzjoni jkun ikkonferma l-adegwatezza tad-data, l-informazzjoni jew il-metriċi tar-riskju tal-parti terza msemmija fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu u l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni jkollha aċċess mhux ristrett għal dik id-data,l-informazzjoni jew il-metriċi tar-riskju fuq talba.

Artikolu 325j 7.
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika aktar l-elementi tekniċi tal-metodoloġija sabiex jiġu ddeterminati l-portafolli ipotetika għall-finijiet tal-approċċ stabbilit fil-paragrafu 4, inkluż il-mod li bih l-istituzzjonijiet għandhom iqisu fil-metodoloġija, fejn applikabbli, il-lieva finanzjarja sal-punt massimu.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2027.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.