+Artikolu 325bd 7.

Artikolu 325bd 7.

L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a) 

kif l-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw il-fatturi ta' riskju tal-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għal kategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju u subkategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju għall-finijiet tal-paragrafu 1;

(b) 

liema muniti jikkostitwixxu l-iktar subkategorija likwida tal-muniti tal-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju tar-rati tal-imgħax tat-Tabella 2;

(c) 

liema muniti akkoppjati jikkostitwixxu l-iktar subkategorija likwida tal-muniti akkoppjati tal-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju tal-kambju tat-Tabella 2;

(d) 

id-definizzjonijiet ta' kapitalizzazzjoni tas-suq żgħira u kapitalizzazzjoni tas-suq kbira għall-finijiet tas-subkategorija tal-prezz tal-ekwità u tal-volatilità tal-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju tal-ekwità tat-Tabella 2.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Marzu 2020.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.


Tabella 2

Kategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju

Subkategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju

Perijodi ta' likwidità

Tul tal-perijodu ta' likwidità (fi ġranet)

Rata tal-imgħax

L-iktar muniti likwidi u l-munita lokali

1

10

Muniti oħrajn (bl-esklużjoni tal-iktar muniti likwidi)

2

20

Volatilità

4

60

Tipi oħra

4

60

Firxa tal-kreditu

Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, ta' Stati Membri

2

20

Bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu fi Stati Membri (Grad ta' Investiment)

2

20

Sovran (Grad ta' investiment)

2

20

Sovran (Rendiment għoli)

3

40

Kumpanniji (Grad ta' investiment)

3

40

Kumpanniji (Rendiment għoli)

4

60

Volatilità

5

120

Tipi oħra

5

120

Ekwità

Prezz tal-ekwità (Kapitalizzazzjoni tas-suq kbira)

1

10

Prezz tal-ekwità (Kapitalizzazzjoni tas-suq żgħira)

2

20

Volatilità (Kapitalizzazzjoni tas-suq kbira)

2

20

Volatilità (Kapitalizzazzjoni tas-suq żgħira)

4

60

Tipi oħra

4

60

Kambju

L-iktar muniti akkoppjati likwidi

1

10

Muniti oħra akkoppjati (bl-esklużjoni tal-iktar muniti akkoppjati likwidi)

2

20

Volatilità

3

40

Tipi oħra

3

40

Komodità

Prezz tal-enerġija u prezz tal-emissjonijiet tal-karbonju

2

20

Prezz tal-metall prezzjuż u prezz tal-metall mhux ferruż

2

20

Prezzijiet oħra ta' komoditajiet (bl-esklużjoni tal-prezz tal-enerġija, il-prezz tal-emissjonijiet tal-karbonju, il-prezz tal-metall prezzjuż u l-prezz tal-metall mhux ferruż)

4

60

Volatilità tal-enerġija u volatilità tal-emissjonijiet tal-karbonju

4

60

Volatilità tal-metall prezzjuż u volatilità tal-metall mhux ferruż

4

60

Volatilitajiet oħra ta' komoditajiet (bl-esklużjoni tal-volatilità tal-enerġija, il-volatilità tal-emissjonijiet tal-karbonju, il-volatilità tal-metall prezzjuż u l-volatilità tal-metall mhux ferruż)

5

120

Tipi oħra

5

120

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.