+Artikolu 325bd Perijodi ta' likwidità
---+Artikolu 325bd 1.
---+Artikolu 325bd 2.
---+Artikolu 325bd 3.
---+Artikolu 325bd 4.
---+Artikolu 325bd 5.
---+Artikolu 325bd 5a.
---+Artikolu 325bd 6.
---+Artikolu 325bd 7.

Artikolu 325bd Perijodi ta' likwidità

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 325bd 1.
L-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw kull fattur ta' riskju ta' pożizzjonijiet assenjati għall-postijiet ta' negozjar li għalihom ikunu ngħataw permess kif imsemmi fl-Artikolu 325az(2), jew li għalihom ikunu fil-proċess li jingħataw dan il-permess, għal waħda mill-kategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju elenkati fit-Tabella 2 u għal waħda mis-subkategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju elenkati f'dik it-Tabella.
Artikolu 325bd 2.
Il-perijodu ta' likwidità ta' fattur ta' riskju tal-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun il-perijodu ta' likwidità tas-subkategorija wiesgħa korrispondenti ta' fatturi ta' riskju li għalihom ikun ġie kklassifikat.
Artikolu 325bd 3.
B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għal post tan-negozjar partikolari, istituzzjoni tista' tiddeċiedi li tissostitwixxi l-perijodu ta' likwidità ta' subkategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju elenkata fit-Tabella 2 ta' dan l-Artikolu b'wieħed mill-perijodi itwal ta' likwidità elenkati fit-Tabella 1 tal-Artikolu 325bc. Meta istituzzjoni tieħu din id-deċiżjoni, il-perijodu ta' likwidità itwal għandu japplika għall-fatturi ta' riskju mudellabbli kollha tal-pożizzjonijiet assenjati għal dak il-post tan-negozjar li jkun ġie kklassifikat għal dik is-subkategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju għall-fini tal-kalkolu tal-miżuri ta' nuqqas parzjali mistenni f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 325bc(1).

Istituzzjoni għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bil-postijiet tan-negozjar u s-subkategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju li għalihom tiddeċiedi li tapplika t-trattament imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 325bd 4.

Għall-fini tal-kalkolu tal-valuri tal-miżuri tan-nuqqasijiet parzjali mistennija f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 325bc(1), il-perijodu ta’ likwidità effettiv ta’ fattur ta’ riskju mudellabbli partikolari ta’ pożizzjoni partikolari tal-portafoll tan-negozjar jew ta’ pożizzjoni tal-portafoll mhux tan-negozjar li hija soġġetta għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet, għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

▼M8



EffectiveLH =

left accolade

SubCatLH if Mat > LH5

min (SubCatLH, minj{LHj/LHj ≥ Mat}) if LH1 ≤ Mat ≤ LH5

LH1 if Mat < LH1

fejn:

EffectiveLH

=

il-perijodu ta' likwidità effettiv;

Mat

=

il-maturità tal-pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar;

SubCatLH

=

it-tul tal-perijodu ta' likwidità tal-fattur ta' riskju mudellabbli ddeterminat f'konformità mal-paragrafu 1; u

minj {LHj/LHj ≥ Mat}

=

it-tul ta' wieħed mill-perijodi ta' likwidità elenkati fit-Tabella 1 tal-Artikolu 325bc li huwa l-eqreb perijodu ta' likwidità li jaqbeż il-maturità tal-pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar.

Artikolu 325bd 5.
Muniti akkoppjati li jkunu komposti mill-euro u l-munita ta' Stat Membru li qed jipparteċipa fl-ERM II għandhom jiġu inklużi fl-iktar subkategorija likwida tal-muniti akkoppjati tal-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju tal-kambju tat-Tabella 2.
Artikolu 325bd 5a.
Muniti ta' Stati Membri li qed jipparteċipaw fl-ERM II għandhom jiġu inklużi fis-subkategorija tal-muniti l-aktar likwidi u tal-munita domestika fil-kategorija wiesgħa ta' fatturi tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax tat-Tabella 2.
Artikolu 325bd 6.
Istituzzjoni għandha tivverifika l-adegwatezza tal-immappjar imsemmi fil-paragrafu 1 tal-inqas fuq bażi ta' kull xahar.
Artikolu 325bd 7.

L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a) 

kif l-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw il-fatturi ta' riskju tal-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għal kategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju u subkategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju għall-finijiet tal-paragrafu 1;

(b) 

liema muniti jikkostitwixxu l-iktar subkategorija likwida tal-muniti tal-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju tar-rati tal-imgħax tat-Tabella 2;

(c) 

liema muniti akkoppjati jikkostitwixxu l-iktar subkategorija likwida tal-muniti akkoppjati tal-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju tal-kambju tat-Tabella 2;

(d) 

id-definizzjonijiet ta' kapitalizzazzjoni tas-suq żgħira u kapitalizzazzjoni tas-suq kbira għall-finijiet tas-subkategorija tal-prezz tal-ekwità u tal-volatilità tal-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju tal-ekwità tat-Tabella 2.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Marzu 2020.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.


Tabella 2

Kategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju

Subkategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju

Perijodi ta' likwidità

Tul tal-perijodu ta' likwidità (fi ġranet)

Rata tal-imgħax

L-iktar muniti likwidi u l-munita lokali

1

10

Muniti oħrajn (bl-esklużjoni tal-iktar muniti likwidi)

2

20

Volatilità

4

60

Tipi oħra

4

60

Firxa tal-kreditu

Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, ta' Stati Membri

2

20

Bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu fi Stati Membri (Grad ta' Investiment)

2

20

Sovran (Grad ta' investiment)

2

20

Sovran (Rendiment għoli)

3

40

Kumpanniji (Grad ta' investiment)

3

40

Kumpanniji (Rendiment għoli)

4

60

Volatilità

5

120

Tipi oħra

5

120

Ekwità

Prezz tal-ekwità (Kapitalizzazzjoni tas-suq kbira)

1

10

Prezz tal-ekwità (Kapitalizzazzjoni tas-suq żgħira)

2

20

Volatilità (Kapitalizzazzjoni tas-suq kbira)

2

20

Volatilità (Kapitalizzazzjoni tas-suq żgħira)

4

60

Tipi oħra

4

60

Kambju

L-iktar muniti akkoppjati likwidi

1

10

Muniti oħra akkoppjati (bl-esklużjoni tal-iktar muniti akkoppjati likwidi)

2

20

Volatilità

3

40

Tipi oħra

3

40

Komodità

Prezz tal-enerġija u prezz tal-emissjonijiet tal-karbonju

2

20

Prezz tal-metall prezzjuż u prezz tal-metall mhux ferruż

2

20

Prezzijiet oħra ta' komoditajiet (bl-esklużjoni tal-prezz tal-enerġija, il-prezz tal-emissjonijiet tal-karbonju, il-prezz tal-metall prezzjuż u l-prezz tal-metall mhux ferruż)

4

60

Volatilità tal-enerġija u volatilità tal-emissjonijiet tal-karbonju

4

60

Volatilità tal-metall prezzjuż u volatilità tal-metall mhux ferruż

4

60

Volatilitajiet oħra ta' komoditajiet (bl-esklużjoni tal-volatilità tal-enerġija, il-volatilità tal-emissjonijiet tal-karbonju, il-volatilità tal-metall prezzjuż u l-volatilità tal-metall mhux ferruż)

5

120

Tipi oħra

5

120

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.