+Artikolu 340 Kalkolu tar-riskju ġenerali bbażat fuq it-tul taż-żmien
---+Artikolu 340 1.
---+Artikolu 340 2.
---+Artikolu 340 3.
---+Artikolu 340 4.
---+Artikolu 340 5.
---+Artikolu 340 6.
---+Artikolu 340 7.

Artikolu 340 Kalkolu tar-riskju ġenerali bbażat fuq it-tul taż-żmien

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 340 1.
L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw approċċ għall-kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ġenerali fuq l-istrumenti tad-dejn li jirrefletti t-tul taż-żmien, minflok l-approċċ stabbilit fl-Artikolu 339, sakemm l-istituzzjoni tagħmel dan fuq bażi konsistenti.
Artikolu 340 2.
Skont l-approċċ ibbażat fuq it-tul taż-żmien imsemmi fil-paragrafu 1, l-istituzzjoni għandha tieħu l-valur tas-suq ta’ kull strument tad-dejn b’rata fissa u minn dan tikkalkula r-rendiment tiegħu sal-maturità, li hija r-rata ta' skont impliċita ta’ dak l-istrument. Fil-każ ta’ strumenti b’rata varjabbli, l-istituzzjoni għandha tieħu l-valur tas-suq ta’ kull strument u minn dan tikkalkula r-rendiment tiegħu bis-suppożizzjoni li l-ammont kapitali jkun dovut fid-darba li jmiss meta r-rata tal-imgħax tkun tista’ tinbidel.
Artikolu 340 3.

Imbagħad, l-istituzzjoni għandha tikkalkula t-tul taż-żmien modifikat ta’ kull strument tad-dejn fuq il-bażi tal-formula li ġejja:

image

fejn:

D

=

it-tul ta' żmien ikkalkulat skont il-formula li ġejja:

image

fejn:

R

=

ir-rendiment sal-maturità;

Ct

=

ħlas fi flus f'ħin t;

M

=

il-maturità totali.

Għandha ssir korrezzjoni fil-kalkolu tat-tul taż-żmien modifikat għall-istrumenti tad-dejn li huma soġġetti għar-riskju ta' ħlas minn qabel. L-ABE għandha, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, toħroġ linji gwida dwar kif għandhom jiġu applikati tali korrezzjonijiet.

Artikolu 340 4.

L-istituzzjoni għandha mbagħad talloka kull strument tad-dejn fiż-żona xierqa fit-Tabella 3. Għandha tagħmel dan fuq il-bażi tat-tul taż-żmien modifikat ta’ kull strument.



Tabella 3

Żona

Tul taż-żmien modifikat

(fi snin)

Imgħax preżunt (varjazzjoni f’%)

L-Ewwel

> 0 ≤ 1,0

1,0

It-Tieni

> 1,0 ≤ 3,6

0,85

It-Tielet

> 3,6

0,7

Artikolu 340 5.
Imbagħad, l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-pożizzjoni ppeżata skont it-tul taż-żmien għal kull strument billi timmultiplika l-prezz tas-suq tiegħu bit-tul taż-żmien modifikat tiegħu u bil-varjazzjoni preżunta fir-rata tal-imgħax għal strument b’dak it-tul taż-żmien modifikat partikolari (ara l-kolonna 3 fit-Tabella 3).
Artikolu 340 6.
L-istituzzjoni għandha tikkalkula l-pożizzjonijiet twal tagħha ppeżati skont it-tul taż-żmien u dawk qosra ppeżati skont it-tul taż-żmien f’kull żona. L-ammont tal-ewwel somma li jkun ibbilanċjat bit-tieni somma f’kull żona għandu jkun il-pożizzjoni ppeżata skont it-tul taż-żmien ibbilanċjata għal dik iż-żona.

Imbagħad, l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-pożizzjonijiet ippeżati skont it-tul taż-żmien mhux ibbilanċjati għal kull żona. Hija mbagħad għandha ssegwi l-proċeduri għall-pożizzjonijiet ippeżati mhux ibbilanċjati stabbiliti fl-Artikolu339(5) sa (8).

Artikolu 340 7.

Imbagħad, ir-rekwiżit ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma ta’ dawn li ġejjin:

(a) 

2 % tal-pożizzjoni ppeżata skont it-tul taż-żmien ibbilanċjata għal kull żona;

(b) 

40 % tal-pożizzjonijiet ippeżati skont it-tul taż-żmien ibbilanċjati bejn l-ewwel u t-tieni żona u bejn it-tieni u t-tielet żona;

(c) 

150 % tal-pożizzjoni ppeżata skont it-tul taż-żmien ibbilanċjata bejn l-ewwel u t-tielet żona;

(d) 

100 % tal-pożizzjonijiet reżidwi ppeżati skont it-tul taż-żmien mhux ibbilanċjati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.