+Artikolu 428s Fattur ta' 5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428s 1.
---+Artikolu 428s 2.

Artikolu 428s Fattur ta' 5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 428s 1.

L-assi u l-elementi li ġejjin li ma jidhrux fuq il-karta bilanċ għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a) 

ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li huma eliġibbli għal haircut ta' 5 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat;

(b) 

flejjes dovuti minn tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli ma' klijenti finanzjarji, fejn dawk it-tranżazzjonijiet għandhom maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur, għajr dawk imsemmijin fil-punt (g) tal-Artikolu 428r(1);

(c) 

il-porzjon mhux prelevat ta' faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità impenjati skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);

(d) 

prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ imsemmija fl-Anness I b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur.

L-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-flejjes dovuti msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu fuq bażi netta fejn japplika l-Artikolu 428e.

Artikolu 428s 2.
Għas-settijiet kollha tan-netting ta' kuntratti tad-derivattivi, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw fattur ta' 5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ għall-valur ġust assolut ta' dawk is-settijiet tan-netting ta' kuntratti tad-derivattivi, gross minn kwalunkwe kollateral depożitat, meta dawk is-settijiet tan-netting ikollhom valur ġust negattiv. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-valur ġust bħala gross minn kwalunkwe kollateral iddepożitat jew pagamenti ta' saldu u rċevuti relatati ma' bidliet fil-valwazzjoni tas-suq ta' tali kuntratti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.