+Artikolu 429c Kalkolu tal-valur tal-iskopertura tad-derivattivi
---+Artikolu 429c 1.
---+Artikolu 429c 2.
---+Artikolu 429c 3.
---+Artikolu 429c 4.
---+Artikolu 429c 4a.
---+Artikolu 429c 5.
---+Artikolu 429c 6.

Artikolu 429c Kalkolu tal-valur tal-iskopertura tad-derivattivi

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 429c 1.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura tal-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u tad-derivattivi tal-kreditu, inkluż dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, f'konformità mal-metodu stipulat fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta.

Meta jikkalkolaw il-valur tal-iskopertura, l-istituzzjonijiet jistgħu jieħdu kont tal-effetti ta' kuntratti għan-novazzjoni u arranġamenti oħra ta' netting f'konformità mal-Artikolu 295. L-istituzzjonijiet ma għandhomx jieħdu kont ta' netting bejn prodotti differenti, iżda jistgħu jinnettjaw fil-kategorija tal-prodott kif imsemmi fil-punt (25)(c) tal-Artikolu 272 u d-derivattivi tal-kreditu fejn ikunu soġġetti għal ftehim ta' netting kuntrattwali bejn prodotti differenti kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 295.

L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fil-miżura tal-iskopertura totali opzjonijiet mibjugħa anki meta l-valur tal-iskopertura tagħhom jista' jiġi stabbilit għal żero f'konformità mat-trattament stabbilit fl-Artikolu 274(5).

Artikolu 429c 2.
Meta d-dispożizzjoni ta' kollateral relatata ma' kuntratti tad-derivattivi tnaqqas l-ammont ta' assi skont il-qafas ta' kontabbiltà applikabbli, l-istituzzjonijiet għandhom ireġġgħu lura dak it-tnaqqis.
Artikolu 429c 3.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ispiża ta' sostituzzjoni ta' kuntratti tad-derivattivi f'konformità mal-Artikolu 275 jistgħu jirrikonoxxu biss kollateral riċevut fi flus kontanti mingħand il-kontropartijiet tagħhom bħala l-marġni ta' varjazzjoni msemmi fl-Artikolu 275, meta l-qafas ta' kontabbiltà applikabbli ma jkunx diġà rrikonoxxa l-marġni ta' varjazzjoni bħala tnaqqis tal-valur tal-iskopertura u meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

▼M17

(a) 

għal negozji mhux ikklerjati permezz ta' QCCP, il-flus kontanti riċevuti mill-kontroparti riċevitriċi mhumiex segregati mill-assi tal-istituzzjoni;

▼M8

(b) 

il-marġni ta' varjazzjoni jiġi kalkulat u skambjat mill-inqas kuljum fuq il-bażi ta' valwazzjoni skont is-suq ta' pożizzjonijiet fid-derivattivi;

(c) 

il-marġni ta' varjazzjoni riċevut ikun f'munita speċifikata fil-kuntratt tad-derivattivi, fil-ftehim ta' netting ewlieni li jirregolah, fl-anness ta' appoġġ għall-ftehim ta' netting ewlieni kwalifikanti jew kif definit minn kwalunkwe ftehim ta' netting ma' QCCP;

(d) 

il-marġni ta' varjazzjoni riċevut ikun l-ammont sħiħ li jkun meħtieġ biex ineħħi l-iskopertura ta' valwazzjoni skont is-suq tal-kuntratt tad-derivattivi soġġett għal-livell limitu u l-ammonti ta' trasferiment minimi li jkunu applikabbli għall-kontroparti;

(e) 

il-kuntratt tad-derivattivi u l-marġni ta' varjazzjoni bejn l-istituzzjoni u l-kontroparti għal dak il-kuntratt ikunu koperti minn ftehim ta' netting uniku li l-istituzzjoni tista' tittratta bħala li jnaqqas ir-riskju f'konformità mal-Artikolu 295.

Meta istituzzjoni tipprovdi kollateral fi flus kontanti lil kontroparti u dak il-kollateral jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu, l-istituzzjoni għandha tikkunsidra dak il-kollateral bħala l-marġni ta' varjazzjoni ddepożitat mal-kontroparti u għandha tinkludih fil-kalkolu tal-ispiża ta' sostituzzjoni.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, istituzzjoni għandha tiġi kunsidrata li ssodisfat il-kondizzjoni stipulata fih meta l-marġni ta' varjazzjoni jiġi skambjat fl-għodwa tal-jum ta' negozjar wara l-jum ta' negozjar li fih ġie stipulat il-kuntratt tad-derivattivi, dment li l-iskambju jkun ibbażat fuq il-valur tal-kuntratt fi tmiem il-jum ta' negozjar li fih ġie stipulat il-kuntratt.

Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, meta tinqala' tilwima dwar il-marġni, l-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu l-ammont ta' kollateral mhux kontestat li jkun ġie skambjat.

Artikolu 429c 4.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet m'għandhomx jinkludu kollateral riċevut fil-kalkolu tal-NICA kif iddefinit fl-Artikolu 272, il-punt (12a).
Artikolu 429c 4a.

B'deroga mill-paragrafi 3 u 4, istituzzjoni tista' tirrikonoxxi kwalunkwe kollateral riċevut f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 6, it-Taqsima 3 meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-kollateral jiġi riċevut minn klijent għal kuntratt tad-derivattivi kklerjat mill-istituzzjoni f'isem dak il-klijent;

(b) 

il-kuntratt imsemmi fil-punt (a) jiġi kklerjat permezz ta' QCCP;

(c) 

meta l-kollateral ikun ġie riċevut fil-forma ta' marġni inizjali, dak il-kollateral jiġi ssegregat mill-assi tal-istituzzjoni.

Artikolu 429c 5.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-valur tal-multiplikatur użat fil-kalkolu tal-iskopertura futura potenzjali f'konformità mal-Artikolu 278(1) għal wieħed, ħlief fil-każ ta' kuntratti tad-derivattivi ma' klijenti meta dawk il-kuntratti jiġu kklerjati minn QCCP.
Artikolu 429c 6.

B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-metodu li jinsab fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 6, it-Taqsima 4 jew 5 biex jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura ta' dawn li ġejjin:

(a) 

kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u derivattivi ta' kreditu, meta jużaw ukoll dak il-metodu biex jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura ta' dawk il-kuntratti għall-finijiet tal-issodisfar tar-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fl-Artikolu 92(1), il-punti (a), (b) u (c);

(b) 

derivattivi ta' kreditu li għalihom japplika t-trattament stabbilit fl-Artikolu 273(3) jew (5), meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet biex jintuża dak il-metodu.

Meta l-istituzzjonijiet japplikaw wieħed mill-metodi msemmija fl-ewwel subparagrafu, ma għandhomx inaqqsu l-miżura tal-iskopertura totali bl-ammont tal-marġni li jkunu rċevew.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.