+Artikolu 507 Skoperturi kbar
---+Artikolu 507 1.
---+Artikolu 507 2.

Artikolu 507 Skoperturi kbar

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 507 1.

L-ABE għandha timmonitorja l-użu tal-eżenzjonijiet stipulati fil-punt (b) tal-Artikolu 390(6), il-punti (f) sa (m) tal-Artikolu 400(1), il-punt (a) u l-punti (c) sa (g), (i), (j) u (k) tal-Artikolu 400(2) u sat-28 ta' Ġunju 2021 tippreżenta rapport lill-Kummissjoni li jivvaluta l-impatt kwantitattiv li jkollha t-tneħħija ta' dawk l-eżenzjonijiet jew l-istabbiliment ta' limitu fuq l-użu tagħhom. Dak ir-rapport għandu jivvaluta, b'mod partikolari, għal kull eżenzjoni prevista f'dawk l-Artikoli:

(a) 

in-numru ta' skoperturi kbar eżenti f'kull Stat Membru;

(b) 

in-numru ta' istituzzjonijiet li jagħmlu użu mill-eżenzjoni f'kull Stat Membru;

(c) 

l-ammont aggregat ta' skoperturi eżentati f'kull Stat Membru.

Artikolu 507 2.
Sal-31 ta' Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-derogi msemmija fl-Artikoli 390(4) u 401(2) dwar il-metodi għall-kalkolu ta' valur tal-iskopertura ta' tranżazzjonijiet tal-finanzjament ta' titolizzazzjonijiet, u b'mod partikolari l-ħtieġa li jittieħed kont tal-emendi fl-istandards internazzjonali li jiddeterminaw il-metodi għal tali kalkolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.