|
+Artikolu 25 Emendi għad-Direttiva 92/96/KEE |
Artikolu 25 Emendi għad-Direttiva 92/96/KEEArtikolu 25 Emendi għad-Direttiva 92/96/KEE Id-Direttiva 92/96/KEE hija emendata kif ġej:
1.
il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal fl-Artikolu 14:
“1a.
Jekk dak li jakkwista ż-żammiet imsemmija fil-paragrafu 1 ikun impriża ta' assigurazzjoni, istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment awtorizzat fi Stat Membru ieħor, jew l-impriża prinċipali ta' dik l-entità, jew persuna naturali jew ġuridika li tikkontrolla dik l-entità, u jekk, bħala riżultat ta' dak l-akkwist, l-impriża li fiha dak li jakkwista jipproponi li jżomm sehem issir sussidjarja jew suġġetta għall-kontroll ta' dak li jakkwista, l-istima ta' l-akkwist għandha tkun suġġetta għall-konsultazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 12a tad-Direttiva 79/267/KEE.”
2.
L-Artikolu 15(5ċ) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
“5ċ.
Dan l-Artikolu m'għandux jipprevjeni awtorità kompetenti milli tittrasmetti
—
lill-banek ċentrali jew korpi oħra b'funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom ta' awtoritajiet monetarji,
—
fejn xieraq lil awtoritajiet pubbliċi oħra responsabbli għas-sorveljanza tas-sistemi ta' pagamenti,
informazzjoni maħsuba għat-twettieq tal-kompiti tagħhom, lanqas m'għandha timpedixxi lil dawk l-awtoritajiet jew korpi milli jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti dik l-informazzjoni hekk kif jista' jkun meħtieġ għall-għanijiet tal-paragrafu 4. Informazzjoni riċevuta f'dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għall-kondizzjonijiet ta' segretezza professjonali imposta b'dan l-Artikolu.” 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|