|
+Artikolu 27 Emendi għad-Direttiva 93/22/KEE |
Artikolu 27 Emendi għad-Direttiva 93/22/KEEArtikolu 27 Emendi għad-Direttiva 93/22/KEE Id-Direttiva 93/22/KEE hija emendata kif ġej:
1.
fl-Artikolu 6 il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu: “L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru involut, responsabbli għas-superviżjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu jew impriżi ta' assigurazzjoni, għandhom jiġu konsultati qabel ma tingħata awtorizzazzjoni lil ditta ta' investiment li tkun:
(a)
sussidjarja ta' istituzzjoni ta' kreditu jew impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fil-Komunità; jew
(b)
sussidjarja ta' l-impriża prinċipali ta' istituzzjoni ta' kreditu jew impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fil-Komunità; jew
(ċ)
kontrollata mill-istess persuna, sew jekk naturali jew ġuridika, li tikkontrolla istituzzjoni ta' kreditu jew impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fil-Komunità. L-awtoritajiet relevanti kompetenti msemmija fl-ewwel u t-tieni paragrafi għandhom b'mod partikolari jikkonsultaw ma'xulxin meta jagħmlu stima ta' l-adattabilita' tad-detenturi ta' l-ishma u r-reputazzjoni u l-esperjenza tad-diretturi involuti fl-amministrazzjoni ta' entità oħra ta' l-istess grupp. Għandhom jinfurmaw lil xulxin b'kull informazzjoni li tirrigwarda l-adattabilità tad-detenturi ta' l-isthma u r-reputazzjoni u l-esperjenza tad-diretturi li hija ta' relevanza għall-awtoritajiet kompetenti l-oħra nvoluti fl-għoti ta' awtorizzazzjoni kif ukoll għall-istima dejjem għaddejja ta' konformità mal-kondizzjonijiet ta' operazzjoni.”
2.
L-Artikolu 9(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
“2.
Jekk dak li jakkwista l-kontroll imsemmi fl-ewwel paragrafu jkun ditta ta' investiment, istituzzjoni ta' kreditu jew impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor, jew l-impriża prinċipali ta' ditta ta' investiment, istituzzjoni ta' kreditu jew impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor, jew persuna naturali jew ġuridika li tikkontrolla ditta ta' investiment, istituzzjoni ta' kreditu jew impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor, u jekk, bħala riżultat ta' dak l-akkwist, l-impriża li fiha dak li jakkwista jipproponi li jakkwista kontroll issir is-sussidjarja ta' dak li jakkwista jew tiġi taħt il-kontroll tiegħu, l-istima ta' l-akkwist għandha tkun suġġetta għall-konsultazzjoni minn qabel kif hemm provdut fl-Artikolu 6.”
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|