+L-ANNESS I

L-ANNESS I


L-ANNESS I

ADEGWATEZZA TA' KAPITAL

Il-kalkolazzjoni għall-ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplementari ta' l-entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju msemmi fl-Artikolu 6(1) għandha titwettaq skond il-prinċipji tekniċi u wieħed mill-metodi deskritti f'dan l-Anness.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu li ġej, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, meta jassumu r-rwol ta' kordinatur fir-rigward ta' konglomerat finanzjarju partikolari, li jiddeċiedu, wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet relevanti kompetenti l-oħra u l-konglomerat innifsu, liema metodu għandu jiġi applikat minn dak il-konglomerat finanzjarju.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-kalkolazzjoni titwettaq skond metodu wieħed partikolari minn fost dawk deskritti f'dan l-Anness jekk konglomerat finanzjarju jkun immexximinn entità regolata li tkun ġiet awtorizzata f'dak l-Istat Membru. Fejn konglomerat finanzjarju ma jkunx immexxi minn entità regolata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-applikazzjoni ta' xi wieħed mill-metodi deskritti f'dan l-Anness, ħlief f'sitwazzjonijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti relevanti huma lokati fl-istess Stat Membru, f'liema każ dak l-Istat Membru jista' jeħtieġ l-applikazzjoni ta' wieħed mill-metodi.

I.   Prinċipji tekniċi

1.   Limitu u forma tal-kalkolzzjoni tal-ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplementari

Jintuża liema metodu jintuża, meta l-entità tkun impriża sussidjarja u jkollha defiċit ta' solvibilità, jew, fil-każ ta' entità mhux regolata fis-settur finanzjarju, defiċit spekulattiv ta' solvibilità, id-defiċit totali ta' solvibilità tas-sussidjarja għandu jingħata kont tiegħu. Fejn f'dan il-każ, fl-opinjoni tal-kordinatur, ir-responsabbiltà ta' l-impriża prinċipali li tkun proprjetarja ta' sehem mill-kapital tkun strettament u mingħajr ambigwità limitata għal dak is-sehem tal-kapital, il-kordinatur jista' jagħti permess li d-defiċit ta' solvibilità ta' l-impriża sussidjarja jingħata kont tiegħu fuq bażi proporzjonali.

Fejn ma jkun hemm ebda rabtiet kapitali bejn entitajiet f'konglomerat finanzjarju, il-kordinatur, wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet relevanti kompetenti l-oħra, għandhu jistabbilixxi liema proporzjon tas-sehem għandu jingħata kont tiegħu, waqt li jżomm f'moħħu l-lijabilità li għaliha r-relazzjoni eżistenti tagħti lok.

2.   Prinċipji tekniċi oħra

Ikun x'ikun il-metodu wżat għall-kalkolazzjoni tal-ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplementari ta' entitajiet regolti f'konglomerat finanzjarju kif preskritti fit-Taqsima II ta' dan l-Anness, il-kordinatur, u fejn meħtieġ l-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati, għandu jassigura li l-prinċipji li ġejjin għandhom japlikaw:

(i) 

l-użu multipliku ta' elementi eliġibbli għall-kalkolazzjoni tal-fondi proprji fil-livell ta' konglomerat finanzjarju (gearing multipliku) kif ukoll xi ħolqien mhux adattat bejn il-gruppi ta' fondi proprji għandhom jiġu eliminati; sabiex tiġi assigurata l-eliminazzjoni ta' gearing multipliku u l-ħolqien bejn il-grupp ta' fondi proprji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw b'analoġija il-prinċipji relevanti preskritti fir-regoli settorali relevanti;

(ii) 

sakemm ikun hemm aktar armonizzazzjoni tar-regoli settorali, il-ħtiġiet ta' solvibilità għal kull settur finanzjarju differenti rappreżentat f'konglomerat finanzjarju għandhom ikunu koperti b'elementi ta' fondi proprji skond ir-regoli settorali li jikkorrispondu; fejn ikun hemm defiċit ta' fondi proprji fil-livell ta' konglomerat finanzjarju, elementi biss ta' fondi proprji li huma eliġibbli skond kull waħda mir-regoli settorali (kapital bejn is-setturi) għandhom jikkwalifikaw għall-verifikazzjoni ta' konformità mal-ħtiġiet addizzjonali ta' solvibilità;

fejn regoli settorali jipprovdu għal limiti dwar l-eliġibilità ta' ċerti strumenti ta' fondi proprji, li kienu jikkwalifikaw bħala kapital bejn is-settur, dawn il-limiti għandhom japplikaw mutatis mutandis meta ssir il-kalkolazzjoini tal-fondi proprji fil-livell ta' konglomerat finanzjarju;

meta ssir il-kalkolazzjoni ta' fondi proprji fil-livell ta' konglomerat finanzjarju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jagħtu kont ta' l-effettività tat-trasferibilità u d-disponibilità tal-fondi proprji bejn l-entitajiet legali differenti fil-grupp, mogħtija l-objettivi tar-regoli ta' adegwatezza ta' kapital;

fejn, fil-każ ta' entità mhux regolata fis-settur finanzjarju, ħtieġa spekulattiva ta' solvibilità hija kalkolata skond it-taqsima 2 ta' dan l-Anness, ħtieġa spekulattiva ta' solvibilità tfisser il-ħtieġa tal-kapital li biha dik l-entità kien ikollha tikkonforma mar-regoli settorali relevanti daqslikieku kienet entità regolata ta' dak is-settur finanzjarju partikolari; fil-każ ta' kumpanniji li jimaniġġaw assi, il-ħtieġa ta' solvibilità tfisser il-ħtieġa tal-kapital stipulata fl-Artikolu 5a(1)(a) tad-Direttiva 85/611/KEE; il-ħtieġa spekulattiva ta' solvibilità ta' kumpannija holding finanzjarja mħallta għandha tiġi kalkolata skond ir-regoli settorali tas-settur finanzjarju l-aktar importanti fil-konglomerat finanzjarju.

II.   METODI TEKNIĊI TA' KOLLAZZJONI

Metodu 1:   Metodu ta' “konsolidazzjoni ta' konteġġi”

Il-kalkolazzjoni tal-ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplementari ta' l-entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju għandha titwettaq fuq il-bażi ta' kontijiet konsolidati.

Il-ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplementari għandhom jiġu kalkolati bħala d-differenza bejn:

(i) 

il-fondi proprji ta' konglomerat finanzjarju kalkolati fuq il-bażi tal-pożizzjoni konsolidata tal-grupp; l-elementi eliġibbli huma dawk li jikwalifikaw skond ir-regoli settorali relevanti;

u

(ii) 

is-somma tal-ħtiġiet ta' solvibilità għal kull settur finanzjarju differenti rappreżentat fil-grupp; il-ħtiġiet ta' solvibilità għal kull settur finanzjarju differenti huma kalkolati skond ir-regoli settorali li jikkorrispondu.

Ir-regoli settorali li hemm referenza għalihom huma b'mod partikolari d-Direttivi 2000/12/KE, Titolu V, Kapitolu 3, fir-rigward ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, 98/78/KE fir-rigward ta' impriżi ta' assigurazzjoni, u 93/6/KEE fir-rigward ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment.

Fil-każ ta' entitajiet tas-settur finanzjarju mhux regolati li m'humiex inklużi fil-kalkolazzjonijiet tal-ħtiġiet settorali ta' solvibilità msemmija qabel, ħtieġa spekulattiva ta' solvibilità għandha tkun ikkalkolata.

Id-differenza m'għandhiex tkun fin-negattiv.

Metodu 2:   Metodu ta' “Tnaqqis u aggregazzjoni”

Il-Kalkolazzjoni ta' ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplemenatri ta' entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju għandhom jitwettqu fuq il-bażi tal-kontijiet ta' kull waħda mill-entitajiet fil-grupp.

Il-ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplementari għandhom jiġu kalkolati bħala d-differenza bejn:

(i) 

is-somma tal-fondi proprji ta' kull entita' fis-settur finanzjarju regolata u mhux regolata fil-konglomerat finanzjarju; l-elementi eliġibbli huma dawk li jikkwalifikaw skond ir-regoli settorali relevanti;

u

(ii) 

is-somma ta'

— 
l-ħtiġiet ta' solvibilità għal kull entità fis-settur finanzjarju regolata u mhux regolata għandhom jiġu kalkolati skond ir-regoli settorali relevanti, u
— 
il-valur skond il-kotba tal-parteċipazzjonijiet fl-entitajiet l-oħra tal-grupp.

Fil-każ ta' entitajiet fis-settur finanzjarju mhux regolati, ħtieġa spekulattiva ta' solvibilità għandha tiġi kalkolata. Fondi proprji u ħtiġiet ta' solvibilità għandu jingħata kont tagħhom għas-sehem proporzjonali kif hemm provdut fl-Artikolu 6(4) u skond it-Taqsima I ta' dan l-Anness.

Id-differenza m'għandhiex tkun fin-negattiv.

▼M6

Metodu 3:   “Metodu ta’ kombinazzjoni”

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu kombinazzjoni tal-metodu 1 u l-metodu 2.

▼B


1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32002L0087
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.