+Artikolu 5 Diskrezzjoni tal-awtoritajiet kompetenti li jissoġġettaw ċerti ditti tal-investiment għar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.

Artikolu 5 Diskrezzjoni tal-awtoritajiet kompetenti li jissoġġettaw ċerti ditti tal-investiment għar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li japplikaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE)2019/2033 għal ditta tal-investiment li twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet elenkati fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE fejn il-valur totali tal-assi konsolidati tad-ditta tal-investiment ikun ugwali għal jew jaqbeż l-EUR 5 biljuni, ikkalkulat bħala medja tat-12-il xahar preċedenti, u waħda jew aktar mill-kriterji li ġejjin japplikaw:

(a) 

id-ditta tal-investiment twettaq dawk l-attivitajiet fuq tali skala li l-falliment jew id-diffikultà finanzjarja tad-ditta tal-investiment tista' twassal għal riskju sistemiku;

(b) 

id-ditta tal-investiment tkun membru tal-ikklirjar kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033;

(c) 

l-awtorità kompetenti tqis li jkun iġġustifikat fid-dawl tad-daqs, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tad-ditta tal-investiment ikkonċernata, filwaqt li jittieħed kont tal-prinċipju tal-proporzjonalità u wara li b'kunsiderazzjoni ta' wieħed jew aktar mill-fatturi li ġejjin:

(i) 

l-importanza tad-ditta tal-investiment għall-ekonomija tal-Unjoni jew tal-Istat Membru rilevanti;

(ii) 

is-sinifikat tal-attivitajiet transkonfinali tad-ditta tal-investiment;

(iii) 

l-interkonnettività tad-ditta tal-investiment mas-sistema finanzjarja.

Artikolu 5 2.
Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal negozjanti tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet, impriżi ta' investiment kollettiv jew impriżi tal-assigurazzjoni.
Artikolu 5 3.
Fejn awtorità kompetenti tiddeċiedi li tapplika r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal ditti tal-investiment f'konformità mal-paragrafu 1, dik id-ditta tal-investiment għandha tiġi sorveljata għall-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali skont it-Titoli VII u VIII tad-Direttiva 2013/36/UE.
Artikolu 5 4.
Fejn awtorità kompetenti tiddeċiedi li tirrevoka deċiżjoni meħuda f'konformità mal-paragrafu 1, għandha tinforma d-ditta tal-investiment mingħajr dewmien.

Kwalunkwe deċiżjoni meħuda minn awtorità kompetenti skont il-paragrafu 1, għandha tieqaf tapplika fejn ditta tal-investiment ma tibqax tissodisfa l-livell limitu msemmi f'dak il-paragrafu, ikkalkulat fuq perijodu ta' 12-il xahar konsekuttiv.

Artikolu 5 5.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ABE mingħajr dewmien dwar kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont il-paragrafi 1, 3 u 4.
Artikolu 5 6.
L-ABE, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jkomplu jispeċifikaw il-kriterji stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, u għandha tiżgura l-applikazzjoni konsistenti tagħhom.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... tat-26 ta' Diċembru 2020.

Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.