+Artikolu 13 Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri differenti
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.
---+Artikolu 13 6.
---+Artikolu 13 7.
---+Artikolu 13 8.
---+Artikolu 13 9.
|
Artikolu 13 Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri differenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri differenti għandhom jikkooperaw mill-qrib għall-finijiet tad-dmirijiet tagħhom skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 2019/2033, b'mod partikolari billi jiskambjaw informazzjoni dwar ditti tal-investiment mingħajr dewmien, inkluż dawn li ġejjin:
(a)
informazzjoni dwar l-istruttura maniġerjali u tas-sjieda tad-ditta tal-investiment;
(b)
informazzjoni dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-fondi proprji mid-ditta tal-investiment;
(c)
informazzjoni dwar il-konformità mar-rekwiżiti ta' riskju tal-konċentrazzjoni u r-rekwiżiti ta' likwidità tad-ditta tal-investiment;
(d)
informazzjoni dwar il-proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi u l-mekkaniżmi ta' kontroll intern tad-ditta tal-investiment;
(e)
kwalunkwe fattur rilevanti ieħor li jista' jinfluwenza r-riskju maħluq mid-ditta tal-investiment.
|
|
Artikolu 13 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti bi kwalunkwe informazzjoni u sejba dwar il-problemi u r-riskji potenzjali maħluqa minn ditta tal-investiment għall-protezzjoni tal-klijenti jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istat Membru ospitanti li jkunu identifikaw meta ssorveljaw l-attivitajiet ta' ditta tal-investiment.
|
|
Artikolu 13 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jaġixxu fuq l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti billi jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jevitaw jew jirrimedjaw il-problemi u r-riskji potenzjali kif msemmija fil-paragrafu 2. Fuq talba, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jispjegaw fid-dettall lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti kif ikunu ħadu kont tal-informazzjoni u s-sejbiet ipprovduti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.
|
|
Artikolu 13 4.
|
Fejn, wara l-komunikazzjoni tal-informazzjoni u tas-sejbiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jikkunsidraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ma jkunux ħadu l-miżuri neċessarji msemmija fil-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu, wara li jkun informaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, lill-ABE u lill-ESMA, jieħdu l-miżuri adatti biex jipproteġu lill-klijenti li lilhom huma pprovduti s-servizzi jew biex jipproteġu l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu lill-ABE każijiet li fihom talba għall-kollaborazzjoni, b'mod partikolari talba għall-iskambju ta' informazzjoni, tkun ġiet irrifjutata jew ma tkunx ittieħdet azzjoni fuqha fi żmien raġonevoli. Fir-rigward ta' tali każijiet, l-ABE tista', mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 TFUE, ABEtaġixxi f'konformità mas-setgħat ikkonferiti lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ABE tista' wkoll tgħin lill-awtoritajiet kompetenti biex jilħqu qbil dwar l-iskambju ta' informazzjoni skont dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tagħha stess f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) ta' dak ir-Regolament.
|
|
Artikolu 13 5.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju li ma jaqblux mal-miżuri tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-ABE, li għandha taġixxi f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Fejn l-ABE taġixxi f'konformità ma' dak l-Artikolu, hi għandha tadotta d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar.
|
|
Artikolu 13 6.
|
Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kondizzjoni fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE)2019/2033, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ta' ditta tal-investiment tista' titlob lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ta' membru tal-ikklirjar biex tipprovdi informazzjoni relatata mal-mudell tal-marġini u l-parametri użati għall-kalkolu tar-rekwiżit tal-marġini tad-ditta tal-investiment rilevanti.
|
|
Artikolu 13 7.
|
L-ABE, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika r-rekwiżiti għat-tip u għan-natura tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 13 8.
|
L-ABE, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għar-rekwiżiti ta' skambju ta' informazzjoni bil-għan li jiffaċilitaw is-superviżjoni tad-ditti tal-investiment. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 13 9.
|
L-ABE għandha tippreżenta l-abbozzi ta' standards tekniċi msemmija fil-paragrafi 7 u 8 lill-Kummissjoni sa ... tat-26 ta' Ġunju 2021.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2034
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|