|
+Artikolu 13 1. |
Artikolu 13 1.L-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri differenti għandhom jikkooperaw mill-qrib għall-finijiet tad-dmirijiet tagħhom skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 2019/2033, b'mod partikolari billi jiskambjaw informazzjoni dwar ditti tal-investiment mingħajr dewmien, inkluż dawn li ġejjin:
(a)
informazzjoni dwar l-istruttura maniġerjali u tas-sjieda tad-ditta tal-investiment;
(b)
informazzjoni dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-fondi proprji mid-ditta tal-investiment;
(c)
informazzjoni dwar il-konformità mar-rekwiżiti ta' riskju tal-konċentrazzjoni u r-rekwiżiti ta' likwidità tad-ditta tal-investiment;
(d)
informazzjoni dwar il-proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi u l-mekkaniżmi ta' kontroll intern tad-ditta tal-investiment;
(e)
kwalunkwe fattur rilevanti ieħor li jista' jinfluwenza r-riskju maħluq mid-ditta tal-investiment. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|