+Artikolu 15 Segretezza professjonali u skambju ta' informazzjoni kunfidenzjali
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 15 5.
---+Artikolu 15 6.

Artikolu 15 Segretezza professjonali u skambju ta' informazzjoni kunfidenzjali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-persuni kollha li jaħdmu jew li jkunu ħadmu għal dawk l-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-persuni msemmija fl-Artikolu 76(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, huma marbuta bl-obbligu ta' segretezza professjonali għall-finijiet ta' din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) 2019/2033.

Informazzjoni kunfidenzjali li tali awtoritajiet kompetenti u persuni jirċievu matul it-twettiq tad-dmirijiet tagħhom tista' tiġi żvelata biss f'forma sommarja jew aggregata, dment li d-ditti tal-investiment individwali jew il-persuni ma jkunux jistgħu jiġu identifikati, bla preġudizzju għall-każijiet koperti bid-dritt kriminali.

Fejn ditta tal-investiment tkun ġiet iddikjarata falluta jew tkun qed tiġi stralċata b'mod obbligatorju, informazzjoni kunfidenzjali li ma tikkonċernax partijiet terzi tista' tiġi divulgata fi proċeduri ċivili jew kummerċjali, fejn tali żvelar tkun meħtieġa għat-twettiq ta' dawk il-proċeduri.

Artikolu 15 2.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw l-informazzjoni kunfidenzjali miġbura, skambjata jew trażmessa skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) 2019/2033 biss għall-fini ta' twettiq ta' dmirijiethom, u b'mod partikolari għall-finijiet li ġejjin:

(a) 

għall-monitoraġġ tar-regoli prudenzjali stabbiliti f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) 2019/2033;

(b) 

l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet;

(c) 

f'appelli amministrattivi kontra deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti;

(d) 

fi proċeduri tal-qorti mnedija permezz tal-Artikolu 23.

Artikolu 15 3.
Persuni fiżiċi u ġuridiċi u korpi oħra, għajr għal awtoritajiet kompetenti, li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) 2019/2033 għandhom jużaw dik l-informazzjoni biss għall-finijiet li għalihom l-awtorità kompetenti tipprovdiha b'mod espliċitu jew f'konformità mad-dritt nazzjonali.
Artikolu 15 4.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali għall-finijiet tal-paragrafu 2, jistgħu jiddikjaraw b'mod espliċitu kif dik l-informazzjoni għandha tiġi ttrattata u jistgħu jirrestrinġu b'mod espliċitu kwalunkwe trażmissjoni ulterjuri ta' dik l-informazzjoni.
Artikolu 15 5.
L-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jibagħtu informazzjoni kunfidenzjali lill-Kummissjoni meta dik l-informazzjoni tkun neċessarja għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-Kummissjoni.
Artikolu 15 6.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprovdu lill-ABE, lill-ESMA, lill-BERS, lill-banek ċentrali tal-Istati Membri, lis-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) u lill-Bank Ċentrali Ewropew fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji u, fejn adatt, awtoritajiet pubbliċi responsabbli mis-sorveljanza tas-sistemi ta' pagament u saldu, b'informazzjoni kunfidenzjali fejn dik l-informazzjoni tkun neċessarja għat-twettiq tal-kompiti tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.