|
+Artikolu 16 Arranġamenti ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi għall-iskambju ta' informazzjoni |
Artikolu 16 Arranġamenti ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi għall-iskambju ta' informazzjoniArtikolu 16 Arranġamenti ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi għall-iskambju ta' informazzjoni Għall-fini tat-twettiq tal-kompiti superviżorji tagħhom skont din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) 2019/2033, u għall-fini tal-iskambju ta' informazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti, l-ABE u l-ESMA f'konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jew l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, kif applikabbli, jistgħu jikkonkludu arranġamenti ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi kif ukoll ma' awtoritajiet jew korpi ta' pajjiżi terzi responsabbli għall-kompiti li ġejjin, dment li l-informazzjoni żvelata tkun soġġetta għal garanziji ta' segretezza professjonali mill-inqas ekwivalenti għal dawk stipulati fl-Artikolu 15 ta' din id-Direttiva:
(a)
is-superviżjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji u swieq finanzjarji, inkluż is-superviżjoni ta' entitajiet finanzjarji liċenzjati biex joperaw bħala kontropartijiet ċentrali, fejn il-kontropartijiet ċentrali jkunu ġew rikonoxxuti skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 );
(b)
il-likwidazzjoni u l-falliment ta' ditti tal-investiment u proċeduri simili;
(c)
is-sorveljanza tal-korpi involuti fil-likwidazzjoni u fil-falliment ta' ditti tal-investiment u proċeduri simili;
(d)
it-twettiq ta' awditi statutorji fuq istituzzjonijiet finanzjarji jew fuq istituzzjonijiet li jamministraw skemi ta' kumpens;
(e)
is-sorveljanza ta' persuni inkarigati bit-twettiq ta' awditi statutorji tal-kontijiet ta' istituzzjonijiet finanzjarji;
(f)
is-sorveljanza ta' persuni attivi fis-swieq tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-fini ta' żgurar ta' ħarsa ġenerali konsolidata lejn is-swieq finanzjarji u spot;
(g)
is-sorveljanza ta' persuni attivi fis-swieq tad-derivati ta' prodotti bażiċi agrikoli għall-fini ta' żgurar ta' ħarsa ġenerali konsolidata lejn is-swieq finanzjarji u spot. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|