+Artikolu 20 Il-pubblikazzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi u ta' miżuri amministrattivi oħra
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.

Artikolu 20 Il-pubblikazzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi u ta' miżuri amministrattivi oħra

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw fuq is-sit web uffiċjali tagħhom mingħajr dewmien żejjed kwalunkwe sanzjoni amministrattiva u miżura amministrattiva oħra imposta f'konformità mal-Artikolu 18 u li kontrihom ma jkun hemm ebda appell jew li ma jista' jsir ebda appell. Dik il-pubblikazzjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika li fuqha hija imposta s-sanzjoni jew li kontriha tittieħed il-miżura. L-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata biss wara li dik il-persuna tkun ġiet infurmata dwar dawk is-sanzjonijiet jew miżuri u sakemm il-pubblikazzjoni tkun neċessarja u proporzjonata.
Artikolu 20 2.
Fejn l-Istati Membri jippermettu l-pubblikazzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra imposti f'konformità mal-Artikolu 18, li kontriha jkun tressaq appell, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jippubblikaw fuq is-sit web uffiċjali tagħhom informazzjoni dwar l-istatus tal-appell u dwar l-eżitu tal-appell.
Artikolu 20 3.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw is-sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra imposti f'konformità mal-Artikolu 18 fuq bażi anonima fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a) 

is-sanzjoni jew il-miżura tkun ġie imposta fuq persuna fiżika u l-pubblikazzjoni tad-data personali ta' dik il-persuna tinstab li tkun sproporzjonata;

(b) 

il-pubblikazzjoni tkun tipperikola investigazzjoni kriminali li tkun għaddejja jew l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji;

(c) 

il-pubblikazzjoni tkun tikkawża ħsara sproporzjonata għad-ditti tal-investiment jew għall-persuni fiżiċi involuti.

Artikolu 20 4.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-informazzjoni ppubblikata skont dan l-Artikolu tibqa' fuq is-sit web uffiċjali tagħhom mill-inqas għal ħames snin. Data personali tista' tinżamm biss fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità kompetenti, meta dan ikun permess mirr-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.