|
+Artikolu 29 1. |
Artikolu 29 1.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment ikollhom strateġiji, politiki, proċessi u sistemi robusti għall-identifikazzjoni, il-kejl, il-immaniġġjar u l-monitoraġġ ta' dan li ġej:
(a)
sorsi materjali u effetti tar-riskji għal klijenti, u kull impatt materjali fuq il-fondi proprji;
(b)
sorsi materjali u effetti tar-riskji għas-suq u kull impatt materjali fuq il-fondi proprji;
(c)
sorsi materjali u effetti tar-riskju għad-ditti tal-investiment, b'mod partikolari dawk li jistgħu jnaqqsu l-livell ta' fondi proprji disponibbli;
(d)
ir-riskju tal-likwidità fuq sett adatt ta' perijodi ta' żmien, inkluż ta' dakinhar, sabiex jiġi żgurat li d-ditta tal-investiment iżżomm livelli adegwati ta' riżorsi likwidi, inkluż fir-rigward tal-indirizzar ta' sorsi materjali tar-riskji skont il-punti (a),b u (c);
(e)
sorsi materjali u effetti tar-riskju ta’ konċentrazzjoni li jirriżultaw minn skoperturi għal kontropartijiet ċentrali u kwalunkwe impatt materjali fuq il-fondi proprji. L-istrateġiji, il-politiki, il-proċessi u s-sistemi għandhom ikunu proporzjonati għall-kumplessità, għall-profil tar-riskju, u għall-ambitu tal-operat tad-ditta tal-investiment u għat-tolleranza tar-riskju stabbiliti mill-korp maniġerjali, u għandhom jirriflettu l-importanza tad-ditta tal-investiment f'kull Stat Membru li fih twettaq negozju. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu u tat-tieni subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-liġi nazzjonali li tirregola s-segregazzjoni applikabbli għal flus tal-klijenti miżmuma. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, id-ditti tal-investiment għandhom jikkunsidraw li jkollhom assigurazzjoni ta' indennizz professjonali bħala għodda effettiva fil-ġestjoni tar-riskji tagħhom. Għall-finijiet tal-punt (c), is-sorsi materjali tar-riskju għad-ditta tal-investiment infisha għandhom jinkludu, jekk rilevanti, bidliet materjali fil-valur fil-kotba tal-assi, inkluż kull pretensjoni fuq aġenti marbuta, in-nuqqas ta' klijenti jew ta' kontropartijiet, pożizzjonijiet fi strumenti finanzjarji, muniti barranin u prodotti, u obbligi għal skemi ta' pensjoni ta' benefiċċju definiti. Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, il-punt (e), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp maniġerjali jiżviluppa pjanijiet speċifiċi u miri kwantifikabbli f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7a tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 sabiex jimmonitorja u jindirizza r-riskju ta’ konċentrazzjoni li jirriżulta minn skoperturi għal kontropartijiet ċentrali li joffru servizzi ta’ importanza sistemika sostanzjali għall-Unjoni jew għal wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha. Id-ditti tal-investiment għandhom jagħtu l-konsiderazzjoni dovuta lil kwalunkwe impatt materjali fuq fondi proprji fejn tali riskji ma jiġux koperti kif adatt mir-rekwiżiti tal-fondi proprji ikkalkulati skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|