+Artikolu 29 Trattament tar-riskji
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.
---+Artikolu 29 4.

Artikolu 29 Trattament tar-riskji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 29 1.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment ikollhom strateġiji, politiki, proċessi u sistemi robusti għall-identifikazzjoni, il-kejl, il-immaniġġjar u l-monitoraġġ ta' dan li ġej:

(a) 

sorsi materjali u effetti tar-riskji għal klijenti, u kull impatt materjali fuq il-fondi proprji;

(b) 

sorsi materjali u effetti tar-riskji għas-suq u kull impatt materjali fuq il-fondi proprji;

(c) 

sorsi materjali u effetti tar-riskju għad-ditti tal-investiment, b'mod partikolari dawk li jistgħu jnaqqsu l-livell ta' fondi proprji disponibbli;

(d) 

ir-riskju tal-likwidità fuq sett adatt ta' perijodi ta' żmien, inkluż ta' dakinhar, sabiex jiġi żgurat li d-ditta tal-investiment iżżomm livelli adegwati ta' riżorsi likwidi, inkluż fir-rigward tal-indirizzar ta' sorsi materjali tar-riskji skont il-punti (a),b u (c);

▼M2

(e) 

sorsi materjali u effetti tar-riskju ta’ konċentrazzjoni li jirriżultaw minn skoperturi għal kontropartijiet ċentrali u kwalunkwe impatt materjali fuq il-fondi proprji.

▼B

L-istrateġiji, il-politiki, il-proċessi u s-sistemi għandhom ikunu proporzjonati għall-kumplessità, għall-profil tar-riskju, u għall-ambitu tal-operat tad-ditta tal-investiment u għat-tolleranza tar-riskju stabbiliti mill-korp maniġerjali, u għandhom jirriflettu l-importanza tad-ditta tal-investiment f'kull Stat Membru li fih twettaq negozju.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu u tat-tieni subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-liġi nazzjonali li tirregola s-segregazzjoni applikabbli għal flus tal-klijenti miżmuma.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, id-ditti tal-investiment għandhom jikkunsidraw li jkollhom assigurazzjoni ta' indennizz professjonali bħala għodda effettiva fil-ġestjoni tar-riskji tagħhom.

Għall-finijiet tal-punt (c), is-sorsi materjali tar-riskju għad-ditta tal-investiment infisha għandhom jinkludu, jekk rilevanti, bidliet materjali fil-valur fil-kotba tal-assi, inkluż kull pretensjoni fuq aġenti marbuta, in-nuqqas ta' klijenti jew ta' kontropartijiet, pożizzjonijiet fi strumenti finanzjarji, muniti barranin u prodotti, u obbligi għal skemi ta' pensjoni ta' benefiċċju definiti.

Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, il-punt (e), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp maniġerjali jiżviluppa pjanijiet speċifiċi u miri kwantifikabbli f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7a tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 sabiex jimmonitorja u jindirizza r-riskju ta’ konċentrazzjoni li jirriżulta minn skoperturi għal kontropartijiet ċentrali li joffru servizzi ta’ importanza sistemika sostanzjali għall-Unjoni jew għal wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha.

Id-ditti tal-investiment għandhom jagħtu l-konsiderazzjoni dovuta lil kwalunkwe impatt materjali fuq fondi proprji fejn tali riskji ma jiġux koperti kif adatt mir-rekwiżiti tal-fondi proprji ikkalkulati skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033.

Artikolu 29 2.
Meta d-ditti tal-investiment ikunu jeħtieġu stralċ jew iwaqqfu l-attivitajiet tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikjedu li d-ditti tal-investiment, billi jieħdu kont tal-vijabbiltà u s-sostenibbiltà tal-mudelli ta' negozju u tal-istrateġiji tagħhom, jikkunsidraw b'mod dovut ir-rekwiżiti u r-riżorsi meħtieġa li huma realistiċi, f'termini ta' limiti ta' żmien u l-manutenzjoni tal-fondi proprji u ta' riżorsi likwidi, tul il-proċess kollu tal-ħruġ mis-suq.
Artikolu 29 3.
B'deroga mill-Artikolu 25, il-punti (a), (c) u (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw għad-ditti tal-investiment li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' kwalifika għal ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033.
Artikolu 29 4.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 58 biex tissupplimenta din id-Direttiva biex jiġi żgurat li jkunu robusti l-istrateġiji, il-politiki, il-proċessi u s-sistemi tad-ditti tal-investiment. B'hekk il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, u b'mod partikolari l-feġġa ta' prodotti finanzjarji ġodda, l-iżviluppi fl-istandards kontabilistiċi u l-iżviluppi li jiffaċilitaw il-konverġenza tal-prattiki superviżorji.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.