F'konsultazzjoni mal-ESMA, l-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-klassijiet ta' strumenti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (j)(iii) tal-paragrafu 1 u biex tispeċifika arranġamenti alternattivi possibbli stabbiliti fil-punt (k) tal-paragrafu 1.
L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... tat-26 ta' Ġunju 2021.
Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.