+Artikolu 32 Remunerazzjoni varjabbli
---+Artikolu 32 1.
---+Artikolu 32 2.
---+Artikolu 32 3.
---+Artikolu 32 4.
---+Artikolu 32 5.
---+Artikolu 32 6.
---+Artikolu 32 7.
---+Artikolu 32 8.
---+Artikolu 32 9.
|
Artikolu 32 Remunerazzjoni varjabbli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 32 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull remunerazzjoni varjabbli mogħtija u mħallsa minn ditta tal-investiment lil kategoriji ta' persunal imsemmija fl-Artikolu 30(1) tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin skont l-istess kondizzjonijiet bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 30(3):
(a)
fejn ir-remunerazzjoni varjabbli tkun relatata mal-prestazzjoni, l-ammont totali tar-remunerazzjoni varjabbli jkun ibbażat fuq taħlita tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-individwu, tal-unità tan-negozju kkonċernata u tar-riżultati ġenerali tad-ditta tal-investiment;
(b)
meta tiġi vvalutata l-prestazzjoni tal-individwu, jittieħed kont kemm tal-kriterji finanzjarji kif ukoll ta' dawk mhux finanzjarji;
(c)
il-valutazzjoni tal-prestazzjoni msemmija fil-punt (a) hija bbażata fuq perijodu pluriennali, filwaqt li jittieħed kont taċ-ċiklu tan-negozju tad-ditta tal-investiment u tar-riskji tan-negozju tagħha;
(d)
ir-remunerazzjoni varjabbli ma taffettwax il-kapaċità tad-ditta tal-investiment li tiżgura bażi kapitali soda;
(e)
ma jkun hemm ebda remunerazzjoni varjabbli garantita għajr għal persunal ġdid għall-ewwel sena tal-impjieg biss tal-persunal il-ġdid u meta d-ditta tal-investiment ikollha bażi kapitali soda;
(f)
il-pagamenti relatati mat-terminazzjoni bikrija ta' kuntratt ta' impjieg jirriflettu l-prestazzjoni miksuba matul iż-żmien mill-individwu u ma jippremjawx falliment jew imġiba ħażina;
(g)
pakketti ta' remunerazzjoni relatati mal-kumpens jew mal-akkwiżizzjoni minn kuntratti f'impjieg preċedenti huma allinjati mal-interessi fit-tul tad-ditta tal-investiment;
(h)
il-kejl tal-prestazzjoni użat bħala bażi għall-kalkolu ta' raggruppamenti ta' remunerazzjoni varjabbli jieħu kont tat-tipi kollha ta' riskji attwali u futuri u l-ispiża tal-kapital u tal-likwidità meħtieġa f'konformità mar-Regolament (UE) 2019/2033;
(i)
l-allokazzjoni tal-komponenti varjabbli tar-remunerazzjoni fi ħdan id-ditta tal-investiment tieħu kont tat-tipi kollha ta' riskji attwali u futuri;
(j)
mill-inqas 50 % tar-remunerazzjoni varjabbli tikkonsisti fi kwalunkwe wieħed mill-istrumenti li ġejjin:
(i)
ishma jew interessi proprjetarji ekwivalenti, soġġett għall-istruttura legali tad-ditta tal-investiment ikkonċernata;
(ii)
strumenti marbuta mal-ishma jew strumenti ekwivalenti mhux fi flus, soġġett għall-istruttura legali tad-ditta tal-investiment ikkonċernata;
(iii)
strumenti tal-Grad 1 jew tal-Grad 2 Addizzjonali jew strumenti oħra li jistgħu jiġu kkonvertiti bis-sħiħ għal strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni jew jitniżżlu fil-valur u li jirriflettu b'mod adegwat il-kwalità kreditu tad-ditta tal-investiment bħala negozju avvjat;
(iv)
strumenti mhux fi flus li jirriflettu l-kompożizzjoni tal-istrumenti tal-portafolli ġestiti;
(k)
permezz ta' deroga mill-punt (j), fejn ditta tal-investiment ma toħroġ ebda wieħed mill-istrumenti msemmija f'dak il-punt, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu japprovaw l-użu ta' arranġamenti alternattivi li jissodisfaw l-istess objettivi;
(l)
mill-inqas 40 % tar-remunerazzjoni varjabbli jkunu differiti tul perijodu ta' tlieta sa ħames snin kif adatt, skont iċ-ċiklu tan-negozju tad-ditta tal-investiment, in-natura tan-negozju tagħha, ir-riskji tagħha u l-attivitajiet tal-individwu inkwistjoni, ħlief fil-każ ta' remunerazzjoni varjabbli ta' ammont partikolarment għoli meta l-proporzjon tar-remunerazzjoni varjabbli differita jkun ta' mill-inqas 60 %;
(m)
sa 100 % tar-remunerazzjoni varjabbli hija kkuntrattata meta l-prestazzjoni finanzjarja tad-ditta tal-investiment tkun dgħajfa jew negattiva, inkluż permezz ta' arranġamenti ta' malus jew ta' rkupru soġġetti għal kriterji stabbiliti mid-ditti tal-investiment li jkopru b'mod partikolari sitwazzjonijiet li fihom l-individwu inkwistjoni:
(i)
ikun ħa sehem jew kien responsabbli għal imġiba li rriżultat f'telf sinifikanti għad-ditta tal-investiment;
(ii)
ma jkunx għadu meqjus bħala kompetenti u idoneu;
(n)
il-benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni jkunu konformi mal-istrateġija tan-negozju, mal-objettivi, mal-valuri u mal-interessi fit-tul tad-ditta tal-investiment.
|
|
Artikolu 32 2.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw dawn li ġejjin:
(a)
li l-individwi msemmija fl-Artikolu 30(1) ma jużawx strateġiji personali ta' hedging jew assigurazzjonijiet relatati mar-remunerazzjoni u mar-responsabbiltà biex ixekklu l-prinċipji msemmija fil-paragrafu 1;
(b)
li r-remunerazzjoni varjabbli ma titħallasx b'veikoli jew b'metodi finanzjarji li jiffaċilitaw nuqqas ta' konformità ma' din id-Direttiva jew mar-Regolament (UE) Nru 2019/2033.
|
|
Artikolu 32 3.
|
Għall-finijiet tal-punt (j) tal-paragrafu 1, l-istrumenti msemmija fih għandhom ikunu soġġetti għal politika ta' żamma adatta mfassla biex tallinja l-inċentivi tal-individwu mal-interessi fit-tul tad-ditta tal-investiment, tal-kredituri u tal-klijenti tagħha. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jpoġġu restrizzjonijiet fuq it-tipi u d-disinni ta' dawk l-istrumenti jew jipprojbixxu l-użu ta' ċerti strumenti għar-remunerazzjoni varjabbli. Għall-finijiet tal-punt (l) tal-paragrafu 1, id-differiment tar-remunerazzjoni varjabbli m'għandux ivesti b'rata aktar mgħaġġla minn bażi prorata. Għall-finijiet tal-punt (n) tal-paragrafu 1, meta impjegat jitlaq mid-ditta tal-investiment qabel l-età tal-irtirar, il-benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni għandhom jinżammu mid-ditta tal-investiment għal perijodu ta' ħames snin fil-forma tal-istrumenti msemmija fil-punt (j). Meta impjegat jilħaq l-età tal-irtirar u jirtira, il-benefiċċji diskrezzjonali tal-pensjoni għandhom jitħallsu lill-impjegat fil-forma tal-istrumenti msemmija fil-punt (j), soġġetti għal perijodu ta' żamma ta' ħames snin.
|
|
Artikolu 32 4.
|
Il-punti (j) u (l) tal-paragrafu 1 u t-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3 m'għandhomx japplikaw għal:
(a)
ditta tal-investiment, fejn il-valur tal-assi barra u ġewwa l-karta bilanċjali tagħha jkun bħala medja daqs jew anqas minn EUR 100 miljun tul il-perijodu ta' erba' snin li jiġu eżatt qabel is-sena finanzjarja partikolari;
(b)
individwu li r-remunerazzjoni varjabbli annwali tiegħu ma taqbiżx il-EUR 50 000 u li ma tirrappreżentax aktar minn kwart ta' dik ir-remunerazzjoni annwali totali tal-individwu.
|
|
Artikolu 32 5.
|
B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 4, Stat Membru jista' jżid il-livell limitu msemmi f'dak il-punt, bil-kondizzjoni li d-ditta tal-investiment tissodisfa l-kriterji li ġejjin:
(a)
id-ditta tal-investiment mhijiex, fl-Istat Membru fejn hija stabbilita, waħda mill-akbar tliet ditti tal-investiment f'termini ta' valur totali tal-assi;
(b)
id-ditta tal-investiment mhijiex soġġetta għa obbligi jew soġġetta għal obbligi simplifikati fir-rigward tal-ippjanar ta' rkupru u riżoluzzjoni skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/59/UE;
(c)
id-daqs tan-negozju fil-portafoll tan-negozjar fil-karta bilanċjali u barra l-karta bilanċjali tad-ditta ta' investiment huwa ugwali għal jew inqas minn EUR 150 miljun;
(d)
id-daqs tan-negozju tad-derivati fil-karta bilanċjali u barra l-karta bilanċjali tad-ditta ta' investiment huwa ugwali għal jew inqas minn EUR 100 miljun;
(e)
il-livell limitu ma jaqbiżx l-EUR 300 miljun; u
(f)
huwa adatt li jiżdied il-livell limitu, filwaqt li jittieħed kont tan-natura u tal-ambitu tal-attivitajiet tad-ditta tal-investiment, tal-organizzazzjoni interna tagħha, u, fejn applikabbli, il-karatteristiċi tal-grupp li tappartjeni għalih.
|
|
Artikolu 32 6.
|
B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 4, Stat Membru jista' jnaqqas il-livell limitu msemmi f'dak il-punt, dment li jkun adatt li jagħmel dan, filwaqt li jittieħed kont tan-natura u tal-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet tad-ditta tal-investiment, l-organizzazzjoni interna tagħha, u, fejn applikabbli, il-karatteristiċi tal-grupp li tappartjeni għalih.
|
|
Artikolu 32 7.
|
Permezz ta' deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 4, Stat Membru jista' jiddeċiedi li l-membri tal-persunal li huma intitolati għal remunerazzjoni varjabbli annwali anqas mil-livell limitu u s-sehem imsemmija f'dak il-punt ma għandhomx ikunu soġġetti għall-eżenzjoni stabbilita fih minħabba l-ispeċifiċitajiet tas-suq nazzjonali f'termini ta' prattiki ta' remunerazzjoni jew minħabba n-natura tar-responsabbiltajiet u l-profil tal-impjieg ta' dawk il-membri tal-persunal.
|
|
Artikolu 32 8.
|
F'konsultazzjoni mal-ESMA, l-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-klassijiet ta' strumenti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (j)(iii) tal-paragrafu 1 u biex tispeċifika arranġamenti alternattivi possibbli stabbiliti fil-punt (k) tal-paragrafu 1.
L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... tat-26 ta' Ġunju 2021.
Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 32 9.
|
L-ABE, f'konsultazzjoni mal-ESMA, ABE għandha tadotta linji gwida li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-paragrafi 4, 5 u 6 u għandha tiżgura l-applikazzjoni konsistenti tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2034
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|