+Artikolu 34 Sorveljanza tal-politiki tar-remunerazzjoni
---+Artikolu 34 1.
---+Artikolu 34 2.
---+Artikolu 34 3.
---+Artikolu 34 4.
|
Artikolu 34 Sorveljanza tal-politiki tar-remunerazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 34 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jiġbru l-informazzjoni divulgata f'konformità mal-punti (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2019/2033 kif ukoll l-informazzjoni pprovduta mid-ditti tal-investiment dwar id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u għandhom jużaw dik l-informazzjoni bħala punt ta' riferiment għax-xejriet u għall-prattiki tar-remunerazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lill-ABE.
|
|
Artikolu 34 2.
|
L-ABE għandha tuża l-informazzjoni riċevuta mingħand l-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-paragrafi 1 u 4 bħala punt ta' riferiment għax-xejriet u għall-prattiki tar-remunerazzjoni fil-livell tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 34 3.
|
F'konsultazzjoni mal-ESMA, l-ABE għandha toħroġ linji gwida dwar l-applikazzjoni ta' politiki sodi tar-remunerazzjoni. Dawk il-linji gwida għandhom tal-anqas jieħdu kont tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 30 sa 33 u l-prinċipji dwar il-politiki sodi tar-remunerazzjoni stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni 2009/384/KE.
|
|
Artikolu 34 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti b'informazzjoni dwar l-għadd ta' persuni fiżiċi f'kull ditta tal-investiment li jirċievu remunerazzjoni ta' EUR 1 miljun jew aktar kull sena finanzjarja, fil-grupp ta' paga ta' EUR 1 miljun, inkluż informazzjoni dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom tal-impjieg, il-qasam tan-negozju involut u l-elementi ewlenin tas-salarju, il-bonus, l-għotja fuq terminu twil u l-kontribuzzjoni tal-pensjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti, fuq talba, iċ-ċifri totali ta' remunerazzjoni għal kull membru tal-korp maniġerjali jew maniġment superjuri. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħaddu l-informazzjoni msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi lill-ABE, li għandha tippubblikaha fuq bażi aggregata skont l-Istat Membru tad-domiċilju f'format komuni ta' rapportar. F'konsultazzjoni mal-ESMA, l-ABE tista' toħroġ linji gwida biex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu u tiżgura l-konsistenza tal-informazzjoni miġbura.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2034
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|