+35. Għall - allokazzjoni ta’ persuni li jaqilgħu pagi għoljin għal funzjonijiet jew għal oqsma tan …
|
35. Għall - allokazzjoni ta’ persuni li jaqilgħu pagi għoljin għal funzjonijiet jew għal oqsma tan …
Għall - allokazzjoni ta’ persuni li jaqilgħu pagi għoljin għal funzjonijiet jew għal oqsma tan - negozju fl - Anness I, id - ditti għandhom jikkunsidraw l - organizzazzjoni interna tagħhom u dawn li ġejjin: - a. Il - membri tal - korp maniġerjali, inklużi l - membri tal - korp maniġerjali tas - sussidjarji, iżda esklużi l - membri tal - korp maniġerjali tad - ditti tal - investiment li huma soġġetti għall - Artikoli 25 u 34 tad - Direttiva (UE) 2019/2034, għandhom jiġu allokati, kif applikabbli, għall - kolonna “korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu” jew “korp maniġerjali fil - funzjoni maniġerjali tiegħu” indipendentement mill - mudell tan - negozju tad - ditta.
| i. | “Funzjoni superviżorja tal - korp maniġerjali (MB)”, huma l - membri tal - korp maniġerjali fir - rwol tas - sorveljanza u l - monitoraġġ tat - teħid ta’ deċiżjonijiet maniġerjali (jiġifieri diretturi mhux eżekuttivi). | | ii. | “Funzjoni ta’ ġestjoni tal - korp maniġerjali (MB)”, huma l - membri tal - korp maniġerjali, li huma responsabbli mill - funzjonijiet maniġerjali tiegħu (jiġifieri d - diretturi eżekuttivi). |
- b. “Bank tal - investiment” għandha tinkludi l - finanzjament korporattiv, in - negozjar u l - bejgħ kif iddefinit fl - Artikolu 317, it - Tabella 2 tar - Regolament (UE) 575/2013, it - tranżazzjonijiet immotivati mis - swieq kapitali kif iddefiniti fl - Artikolu 192(3) tar - Regolament (UE) 575/2013 u l - ekwità privata.
- c. “Operazzjonijiet bankarji għall - konsumatur” għandha tinkludi l - attività ta’ self totali tal - istituzzjonijiet (lil individwi u intrapriżi).
- d. “Ġestjoni tal - assi” fl - Anness I għandha tinkludi l - ġestjoni tal - assi fi ħdan:
| i. | l - istituzzjoni; | | ii. | sussidjarji li huma istituzzjonijiet; u | | iii. | sussidjarji li huma impriżi għall - investiment kollettiv f’titoli trasferibbli, maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi u ditti tal - investiment li ma humiex soġġetti għall - Artikoli 25 u 34 tad - Direttiva (UE) 2019/2034. |
- e. “Funzjonijiet korporattivi” għandha tinkludi persunal fil - funzjonijiet kollha li huma responsabbli mill - istituzzjoni kollha fil - livell konsolidat u għal sussidjarji b’tali funzjonijiet fil - livell individwali, eż. riżorsi umani, teknoloġija tal - informazzjoni.
- f. “Funzjonijiet ta’ kontroll indipendenti” għandha tinkludi biss persunal attiv fil - funzjonijiet indipendenti tal - ġestjoni tar - riskju, tal - konformità u tal - awditjar intern kif deskritt fit - Taqsima 19 tal - Linji Gwida tal - EBA dwar il - governanza interna skont id - Direttiva 2013/36/UE.
- g. “Il - persuni kollha li jaqilgħu pagi għoljin f’sussidjarji li huma soġġetti għall - Artikoli 25 u 34 tad - Direttiva (UE) 2019/2034” għandha tinkludi l - persuni kollha li jaqilgħu pagi għoljin u r - remunerazzjoni tagħhom li għandha tiġi inkluża fl - Anness II.
- h. “Il - persuni l - oħrajn kollha li jaqilgħu pagi għoljin” għandha tinkludi persunal li ma jistax jiġi allokat għal waħda mill - funzjonijiet jew oqsma tan - negozju taħt (a) sa (g).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|