+Artikolu 39 2.

Artikolu 39 2.

►M2  Għall-finijiet tal-Artikolu 29, l-Artikolu 36, l-Artikolu 37(3) u l-Artikolu 38 ta’ din id-Direttiva u tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2033, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom mill-anqas is-setgħat li ġejjin: ◄

(a) 

li jobbligaw lid-ditti tal-investiment li jkollhom fondi proprji lil hinn mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 40 ta' din id-Direttiva, jew jaġġustaw il-fondi proprji u l-assi likwidi meħtieġa f'każ ta' tibdiliet materjali fin-negozju ta' dawk id-ditti tal-investiment;

(b) 

li jobbligaw it-tisħiħ tal-arranġamenti, tal-proċessi, tal-mekkaniżmi u tal-istrateġiji implimentati f'konformità mal-Artikoli 24 u 26;

(c) 

li jobbligaw lid-ditti tal-investiment jippreżentaw, fi żmien sena, pjan biex tinġieb lura l-konformità mar-rekwiżiti superviżorji skont din id-Direttiva u r-[Regolament (UE) 2019/2033, li jistabbilixxu skadenza għall-implimentazzjoni ta' dak il-pjan u jeżiġu li jkun hemm titjib f'dak il-pjan fejn jidħlu l-kamp ta' applikazzjoni u l-iskadenza;

(d) 

li jobbligaw lid-ditti tal-investiment japplikaw politika ta' proviżjonament speċifika jew trattament ta' assi speċifiku f'termini tar-rekwiżiti tal-fondi proprji;

(e) 

li jirrestrinġu jew jillimitaw in-negozju, l-operazzjonijiet jew in-netwerk ta' ditti tal-investiment jew li jitolbu l-investiment tal-attivitajiet li joħolqu riskji eċċessivi għas-solidità ta' ditta tal-investiment;

(f) 

li jobbligaw it-tnaqqis tar-riskju inerenti fl-attivitajiet, fil-prodotti u fis-sistemi tad-ditti tal-investiment, inklużi attivitajiet esternalizzati;

(g) 

li jobbligaw lid-ditti tal-investiment jillimitaw ir-remunerazzjoni varjabbli bħala perċentwal tad-dħul nett fejn dik ir-remunerazzjoni ma tkunx konsistenti maż-żamma ta' bażi kapitali solida;

(h) 

li jobbligaw lid-ditti tal-investiment jużaw il-profitti netti sabiex isaħħu l-fondi proprji;

(i) 

li jirrestrinġu jew jipprojbixxu d-distribuzzjonijiet jew il-pagamenti tal-imgħax minn ditta tal-investiment lill-azzjonisti, lill-membri jew lid-detenturi tal-istrumenti tal-Grad 1 Addizzjonali fejn dik ir-restrizzjoni jew il-projbizzjoni ma tikkostitwixxix każ ta' inadempjenza mid-ditta tal-investiment;

(j) 

li jimponu obbligi ta' rapportar addizzjonali jew aktar frekwenti meta mqabbla ma' dawk stabbiliti f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) 2019/2033, inkluż ir-rapportar dwar il-pożizzjonijiet kapitali u tal-likwidità;

(k) 

li jimponu rekwiżiti speċifiċi tal-likwidità f'konformità mal-Artikolu 42;

(l) 

li jobbligaw divulgazzjonijiet addizzjonali;

(m) 

li jirrikjedu lid-ditti tal-investiment inaqqsu r-riskji għas-sigurtà tan-netwerk u s-sistemi ta' informazzjoni tagħhom biex jiżguraw il-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tal-proċessi, id-data u l-assi tagħhom;

▼M2

(n) 

jitolbu lid-ditti tal-investiment inaqqsu l-iskoperturi għal kontroparti ċentrali jew jallinjaw mill-ġdid l-iskoperturi fil-kontijiet tal-ikklerjar tagħhom f’konformità mal-Artikolu 7a tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, meta l-awtorità kompetenti tqis li hemm riskju ta’ konċentrazzjoni eċċessiva li jirriżulta minn skoperturi għal dik il-kontroparti ċentrali.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.