+Artikolu 42 Rekwiżiti speċifiċi ta' likwidità
---+Artikolu 42 1.
---+Artikolu 42 2.
---+Artikolu 42 3.
---+Artikolu 42 4.
---+Artikolu 42 5.
---+Artikolu 42 6.
|
Artikolu 42 Rekwiżiti speċifiċi ta' likwidità
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 42 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimponu r-rekwiżiti speċifiċi ta' likwidità msemmija fil-punt (k) tal-Artikolu 39(2) ta' din id-Direttiva, biss jekk, abbażi tar-rieżamijiet imwettqa skont l-Artikoli 36 u 37 ta' din id-Direttiva, dawn jikkonkludu li ditta tal-investiment li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet biex tikkwalifika bħala ditti tal-invetiment żgħar u mhux interkonnessi stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-[Regolament (UE) 2019/2033 jew li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 iżda ma ġietx eżentata mir-rekwiżit ta' likwidità f'konformità mal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033, tkun f'waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
(a)
id-ditta tal-investiment tkun esposta għal riskji ta' likwidità jew għal elementi ta' riskju ta' likwidità li huma materjali u mhumiex koperti jew mhumiex koperti biżżejjed mir-rekwiżit ta' likwidità stabbilit fil-Ħames Parti tar-[Regolament (UE) 2019/2033;
(b)
id-ditta tal-investiment ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 24 u 26 ta' din id-Direttiva u miżuri amministrattivi oħrajn aktarx li ma jkunux ser itejbu biżżejjed l-arranġamenti, il-proċessi, il-mekkaniżmi u l-istrateġiji f'perijodu ta' żmien adatt;
|
|
Artikolu 42 2.
|
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ir-riskju ta' likwidità jew l-elementi ta' riskju ta' likwidità għandhom jiġu kkunsidrati bħala mhux koperti jew mhux koperti biżżejjed mir-rekwiżit ta' likwidità stabbilit fil-Ħames Parti tar-Regolament (UE) 2019/2033 biss meta l-ammonti u t-tipi ta' likwidità meqjusa adegwati mill-awtorità kompetenti wara r-rieżami superviżorju tal-valutazzjoni mwettqa mid-ditti tal-investiment f'konformità mal-Artikolu 24(1) ta' din id-Direttiva, huma ogħla mir-rekwiżit ta' likwidità tad-ditta tal-investiment stabbilit fil-Ħames Parti tar-Regolament (UE) 2019/2033.
|
|
Artikolu 42 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-livell ta' likwidità speċifika meħtieġ skont il-punt (k) tal-Artikolu 39(2) ta' din id-Direttiva, bħala d-differenza bejn il-likwidità meqjusa adegwata skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u r-rekwiżit ta' likwidità stabbilit fil-Ħames Parti tar-Regolament 2019/2033.
|
|
Artikolu 42 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżiġu li d-ditti ta' investiment jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' likwidità speċifiċi msemmija fil-punt (k) tal-Artikolu 39(2) ta' din id-Direttiva, b'assi likwidi kif stipulat fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2019/2033.
|
|
Artikolu 42 5.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissostanzjaw bil-miktub id-deċiżjoni tagħhom li jimponu rekwiżit speċifiku ta' likwidità msemmi fil-punt (k) tal-Artikolu 39(2) billi jagħtu rendikont ċar tal-valutazzjoni sħiħa tal-elementi msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 42 6.
|
L-ABE, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika b'mod adegwat mad-daqs, l-istruttura u l-organizzazzjoni interna tad-ditti tal-investiment u n-natura, l-kamp ta' applikazzjoni u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom kif għandhom jitkejlu r-riskju ta' likwidità u l-elementi ta' riskju ta' likwidità msemmija fil-paragrafu 2. L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... tat-26 ta' Ġunju 2021. Il-Kummissjoni tiġi delegata s-setgħa biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2034
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|