+Artikolu 45 2.

Artikolu 45 2.

L-ABE, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tivvaluta l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti sabiex tiżviluppa l-konsistenza fir-rieżami superviżorju u l-proċess ta' evalwazzjoni. Sabiex tlesti l-valutazzjoni tagħha, l-ABE, wara li tkun ikkonsultat lill-ESMA, tista' titlob informazzjoni addizzjonali minn awtoritajiet kompetenti fuq bażi proporzjonali u f'konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

L-ABE għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-informazzjoni aggregata msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

L-ABE għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-livell ta' konverġenza tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet f'dan il-Kapitolu fost l-Istati Membri. L-ABE għandha tagħmel evalwazzjonijiet bejn il-pari f'konformità mal-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 fejn ikun hemm bżonn. Hija għandha tinforma lill-ESMA b'tali evalwazzjonijiet bejn il-pari.

L-ABE u l-ESMA għandhom joħorġu linji gwida għall-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, kif applikabbli, biex tkompli tispeċifika, b'mod li jkun adatt għad-daqs, għall-istruttura u għall-organizzazzjoni interna tad-ditti tal-investiment u n-natura, l-kamp ta' applikazzjoni u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom, tal-proċeduri u tal-metodoloġiji komuni għall-proċess ta' rieżami u ta' evalwazzjoni superviżorji msemmija fil-paragrafu 1 u l-valutazzjoni tat-trattament tar-riskji msemmija fl-Artikolu 29 ta' din id-Direttiva.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.