+Artikolu 46 Determinazzjoni tas-superviżur tal-grupp
---+Artikolu 46 1.
---+Artikolu 46 2.
---+Artikolu 46 3.
---+Artikolu 46 4.
---+Artikolu 46 5.
---+Artikolu 46 6.
|
Artikolu 46 Determinazzjoni tas-superviżur tal-grupp
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 46 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta grupp ta' ditti tal-investiment ikun immexxi minn ditta tal-investiment prinċipali tal-Unjoni, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata jew is-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp tiġi eżerċitata mill-awtorità kompetenti ta' dik id-ditta tal-investiment prinċipali tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 46 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-impriża prinċipali ta' ditta tal-investiment tkun kumpanija holding ta' investiment prinċipali tal-Unjoni jew kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata jew is-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp tiġi eżerċitata mill-awtorità kompetenti ta' dik id-ditta tal-investiment.
|
|
Artikolu 46 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta żewġ ditti tal-investiment jew aktar awtorizzati f'żewġ Stati Membri jew aktar ikollhom l-istess kumpanija holding ta' investiment prinċipali tal-Unjoni jew l-istess kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata jew is-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp tiġi eżerċitata mill-awtoritajiet kompetenti tad-ditta tal-investiment awtorizzata fl-Istat Membru fejn ġiet stabbilita l-kumpanija holding ta' investiment jew il-kumpanija holding finanzjarja mħallta.
|
|
Artikolu 46 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-intrapriżi prinċipali ta' żewġ ditti tal-investiment jew aktar awtorizzati f'żewġ Stati Membri jew aktar ikunu jinkludu aktar minn kumpanija holding ta' investiment jew kumpanija holding finanzjarja mħallta waħda bl-uffiċċji reġistrati fi Stati Membri differenti u meta jkun hemm ditta tal-investiment f'kull wieħed minn dawk l-Istati Membri, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata jew is-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità kompetenti tad-ditta tal-investiment bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ.
|
|
Artikolu 46 5.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta żewġ ditti tal-investiment jew aktar awtorizzati fl-Unjoni jkollhom bħala l-kumpanija prinċipali tagħhom l-istess kumpanija holding ta' investiment tal-Unjoni jew kumpanija holding finanzjarja mħallta tal-Unjoni u l-ebda waħda minn dawk id-ditti tal-investiment ma tkun ġiet awtorizzata fl-Istat Membru li fih ġiet stabbilita l-kumpanija holding ta' investiment jew il-kumpanija holding finanzjarja mħallta, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata jew is-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp tiġi eżerċitata mill-awtorità kompetenti tad-ditta tal-investiment bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ.
|
|
Artikolu 46 6.
|
Bi ftehim komuni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw għall-kriterji msemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5 meta l-applikazzjoni tagħhom ma tkunx adatta għas-superviżjoni effettiva fuq bażi konsolidata jew għas-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp, filwaqt li jittieħed kont tad-ditti tal-investiment ikkonċernati u l-importanza tal-attivitajiet tagħhom fl-Istati Membri rilevanti, u jiddeżinjaw awtorità kompetenti differenti biex teżerċita sorveljanza fuq bażi konsolidata jew superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp. F'dawk il-każijiet, qabel ma jadottaw kwalunkwe deċiżjoni bħal din, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lill-kumpanija holding ta' investiment prinċipali tal-Unjoni jew lill-kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni jew lid-ditta tal-investiment bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ, kif adatt, opportunità biex tiddikjara l-opinjoni tagħha dwar dik id-deċiżjoni intiża. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ABE bi kwalunkwe tali deċiżjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2034
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|