+Artikolu 55 Valutazzjoni tas-superviżjoni ta' pajjiżi terzi u ta' tekniki superviżorji oħra
---+Artikolu 55 1.
---+Artikolu 55 2.
---+Artikolu 55 3.

Artikolu 55 Valutazzjoni tas-superviżjoni ta' pajjiżi terzi u ta' tekniki superviżorji oħra

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 55 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta żewġ ditti tal-investiment jew aktar li huma sussidjarji tal-istess impriża prinċipali, li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha f'pajjiż terz, ma jkunux soġġetti għal superviżjoni effettiva fil-livell tal-grupp, l-awtorità kompetenti tivvaluta jekk id-ditti tal-investiment humiex soġġetti għal superviżjoni mill-awtorità superviżorja tal-pajjiż terz li tkun ekwivalenti għas-superviżjoni stabbilita f'din id-Direttiva u fl-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) 2019/2033.
Artikolu 55 2.
Meta l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tikkonkludi li ma tapplika l-ebda tali superviżjoni ekwivalenti, l-Istati Membri għandhom jippermetti tekniki superviżorji adegwati li jiksbu l-objettivi ta' superviżjoni f'konformità mal-Artikolu 7 jew 8 tar-Regolament (UE) 2019/2033. Dawk it-tekniki superviżorji għandhom jiġu deċiżi mill-awtorità kompetenti li kienet tkun is-superviżur tal-grupp li kieku l-impriża prinċipali kienet stabbilita fl-Unjoni, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti. Kwalunkwe miżura meħuda skont dan il-paragrafu għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti, lill-ABE u lill-Kummissjoni.
Artikolu 55 3.
L-awtorità kompetenti li kienet tkun is-superviżur tal-grupp li kieku l-impriża prinċipali kienet stabbilita fl-Unjoni tista', b'mod partikolari, titlob l-istabbiliment ta' kumpanija holding ta' investiment jew il-kumpanija holding finanzjarja mħallta fl-Unjoni u tapplika l-Artikoli 7 jew 8 tar-Regolament (UE) 2019/2033 għal dik il-kumpanija holding ta' investiment jew dik il-kumpanija holding finanzjarja mħallta.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.