|
+Artikolu 63 Emendi għad-Direttiva 2014/59/UE |
Artikolu 63 Emendi għad-Direttiva 2014/59/UEArtikolu 63 Emendi għad-Direttiva 2014/59/UE Id-Direttiva 2014/59/UE hija emendata kif ġej:
(1)
fl-Artikolu 2(1), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(3)
‘ditta tal-investiment’ tfisser ditta tal-investiment kif definita fil-punt (22) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *12 ) li tkun soġġetta għar-rekwiżit kapitali inizjali stipulat fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva (UE) 2019/2034.tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *13 ).
(2)
fl-Artikolu 45, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“3.
F’konformità mal-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2019/2033, ir-referenzi għall-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 f'din id-Direttiva rigward ir-rekwiżiti ta' fondi proprji fuq bażi individwali ta' ditti tal-investiment imsemmija fil-punt 3 tal-Artikolu 2(1) ta' din id-Direttiva u li mhumiex id-ditti tal-investiment imsemmija fl-Artikolu 1(2) jew (5) tar-Regolament (UE) 2019/2033 għandhom jinftehmu kif ġej:
(a)-
referenzi għall-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 rigward ir-rekwiżit tal-proporzjon totali tal-kapital f'din id-Direttiva għandhom jirreferu għall-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE)2019/2033;
(b)
referenzi għall-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 rigward l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju f'din id-Direttiva għandhom jirreferu għar-rekwiżit applikabbli fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033.multiplikat bi 12,5. F'konformità mal-Artikolu 65 tad-Direttiva (UE) 2019/2034, ir-referenzi f'din id-Direttiva għall-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE f'din id-Direttiva rigward ir-rekwiżiti addizzjonali ta' fondi proprji ta' ditti tal-investiment imsemmija fil-punt 3 tal-Artikolu 2(1) ta' din id-Direttiva u li ma jkunux ditti tal-investiment imsemmija fl-Artikolu 1(2) jew (5) tar-Regolament (UE) 2019/2033 għandhom jinftehmu bħala li jirreferu għall-Artikolu 40 tad-Direttiva (UE) 2019/2034.” 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|