+TITOLU VII EMENDI GĦAL DIRETTIVI OĦRA
---+Artikolu 59 Emenda għad-Direttiva 2002/87/KE
---+Artikolu 60 Emenda għad-Direttiva 2009/65/KE
---+Artikolu 61 Emenda għad-Direttiva 2011/61/UE
---+Artikolu 62 Emendi għad-Direttiva 2013/36/UE
---+Artikolu 63 Emendi għad-Direttiva 2014/59/UE
---+Artikolu 64 Emendi għad-Direttiva 2014/65/UE
|
TITOLU VII EMENDI GĦAL DIRETTIVI OĦRA
TITOLU VII EMENDI GĦAL DIRETTIVI OĦRA
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 59 Emenda għad-Direttiva 2002/87/KE
|
Artikolu 59
Emenda għad-Direttiva 2002/87/KE
Fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/87/KE, il-punt 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(7)
‘regoli settorjali’ tfisser atti legali relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' entitajiet regolati, b'mod partikolari r-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 (
*1
) u (UE) 2019/2033 (
*2
) tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill u d-Direttivi 2009/138/KE, 2013/36/UE (
*3
), 2014/65/UE (
*4
) u (UE) 2019/2034 (
*5
) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
|
|
Artikolu 60 Emenda għad-Direttiva 2009/65/KE
|
Artikolu 60
Emenda għad-Direttiva 2009/65/KE
Fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2009/65/KE,il-punt (iii)huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(iii)
irrispettivament mill-ammont ta' dawk ir-rekwiżiti, il-fondi proprji tal-kumpanija tal-maniġment ma għandhom qatt ikunu inqas mill-ammont preskritt fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*6
).
|
|
Artikolu 61 Emenda għad-Direttiva 2011/61/UE
|
Artikolu 61
Emenda għad-Direttiva 2011/61/UE
Fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2011/61/UE, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“5.
Irrispettivament mill-paragrafu 3, il-fondi proprji tal-AIFM ma għandhom qatt ikunu anqas mill-ammont meħtieġ skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*7
).
|
|
Artikolu 62 Emendi għad-Direttiva 2013/36/UE
|
Artikolu 62
Emendi għad-Direttiva 2013/36/UE
Id-Direttiva 2013/36/UE hija emendata kif ġej:
(1)
it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE”;
(2)
l-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 1
Suġġett
Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar:
(a)
l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu;
(b)
is-setgħat u l-għodod superviżorji għas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu mill-awtoritajiet kompetenti;
(c)
is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu mill-awtoritajiet kompetenti b'mod li jkun konsistenti mar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(d)
ir-rekwiżiti ta' pubblikazzjoni għall-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tar-regolamentazzjoni u tas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu.”;
(3)
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
(a)
jitħassru l-paragrafi 2 u 3;
(b)
fil-paragrafu 5, jitħassar il-punt (1);
(c)
il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“6.
L-entitajiet imsemmija fil-punti (3) sa (24) tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu ttrattati bħala istituzzjonijiet finanzjarji għall-finijiet tal-Artikolu 34 u l-Kapitolu 3 tat-Titolu VII.”;
(4)
fl-Artikolu 3(1),: jitħassar il-punt (4);
(5)
l-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 5
Koordinazzjoni fi ħdan l-Istati Membri
L-Istati Membri li jkollhom aktar minn awtorità kompetenti waħda għas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tal-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jorganizzaw il-koordinazzjoni bejn tali awtoritajiet.”;
(6)
jiddaħħal l-artikolu li ġej:
“Artikolu 8a
Rekwiżiti speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu msemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1.
L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-intrapriżi msemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li diġà kisbu awtorizzazzjoni skont it-Titolu II tad-Direttiva 2014/65/UE biex jippreżentaw applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 8, sa mhux aktar tard mill-jum li fih iseħħ wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
il-medja tal-assi totali fix-xahar, ikkalkulata fuq perijodu ta' 12-il xahar konsekuttiv, tkun ugwali għal jew taqbeż it-EUR 30 biljun; jew
(b)
il-medja tal-assi totali fix-xahar ikkalkulata fuq perijodu ta' 12-il xahar konsekuttiv tkun anqas minn EUR 30 biljun, u l-impriża tkun parti minn grupp li fih il-valur totali tal-assi konsolidati tal-intrapriżi kollha fil-grupp li individwalment ikollhom assi totali ta' anqas minn EUR 30 biljun u li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE ikun ugwali għal jew jaqbeż l-EUR 30 biljun, it-tnejn li huma ikkalkulati bħala medja fuq perijodu ta' tnax-il xahar konsekuttiv.
2.
L-intrapriżi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jkomplu jwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 sakemm jiksbu l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu ta' dan l-Artikolu.
3.
B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-intrapriżi msemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1)) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li fi tat-24 ta' Diċembru 2019 iwettqu attivitajiet bħala ditti tal-investiment awtorizzati skont id-Direttiva 2014/65/UE għandhom japplikaw għal awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva sa tat-27 ta' Diċembru 2020.
4.
Meta l-awtorità kompetenti, wara li tirċievi l-informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 95a tad-Direttiva 2014/65/UE, tiddetermina li impriża tkun ser tiġi awtorizzata bħala istituzzjoni ta' kreditu f'konformità mal-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva, din għandha tinnotifika lill-impriża u lill-awtorità kompetenti kif definit fil-punt (26) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE u għandha tikseb il-proċedura ta' awtorizzazzjoni mid-data ta' dik in-notifika.
5.
F'każijiet ta' awtorizzazzjoni mill-ġdid, l-awtorità kompetenti awtorizzanti għandha tiżgura li l-proċess huwa ssimplifikat kemm jista' jkun u li jittieħed kont tal-informazzjoni mill-awtorizzazzjonijiet eżistenti.
6.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
(a)
l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-impriża lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, inkluż il-programm tal-operazzjonijiet stabbilit fl-Artikolu 10;
(b)
il-metodoloġija għall-kalkolu tal-livelli limitu msemmija fil-paragrafu 1.
Is-setgħa hi ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa tat-26 ta' Diċembru 2020.”;
(7)
fl-Artikolu 18, jiddaħħal il-punt li ġej:
“(aa)
tuża l-awtorizzazzjoni tagħha b'mod esklużiv biex tkun involuta fl-attivitajiet imsemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għal perijodu ta' ħames snin konsekuttivi jkollha assi totali medji inqas mil-livelli limitu stabbiliti f'dak l-Artikolu;”;
(8)
l-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:
(a)
il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“2.
L-ABE għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha, u għandha taġġorna mill-inqas annwalment, lista tal-ismijiet tal-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha li ngħataw awtorizzazzjoni.”;
(b)
jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“3a.
Il-lista msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi l-ismijiet tal-impriżi msemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għandha tidentifika dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu bħala tali. Dik il-lista għandha tiddeskrivi wkoll kwalunkwe bidla meta mqabbla mal-verżjoni preċedenti tal-lista.”;
(9)
fl-Artikolu 21b, il-paragrafu (5) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“5.
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu:
(a)
il-valur totali tal-assi fl-Unjoni tal-grupp ta' pajjiż terz għandu jkun it-total ta' dan li ġej:
(i)
il-valur totali tal-assi ta' kull istituzzjoni fl-Unjoni tal-grupp ta' pajjiż terz, kif jirriżulta mill-karta tal-bilanċ konsolidata tagħha jew kif jirriżulta mill-karti tal-bilanċ individwali tagħhom, fejn il-karta tal-bilanċ ta' istituzzjoni ma tkunx konsolidata; u
(ii)
il-valur totali tal-assi ta' kull fergħa tal-grupp ta' pajjiż terz awtorizzat fl-Unjoni f'konformità ma' din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*8
) jew id-Direttiva 2014/65/UE;
(b)
it-terminu ‘istituzzjoni’ għandu jinkludi wkoll ditti tal-investiment.;
(11)
fl-Artikolu 51(1), l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
“1.
L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti jistgħu jitolbu lis-superviżur li jikkonsolida, meta jkun japplika l-Artikolu 112(1), jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, biex fergħa ta' istituzzjoni ta' kreditu titqies bħala sinifikanti.'”;
(12)
fl-Artikolu 53, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“2.
Il-paragrafu 1 m'għandux iwaqqaf lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw informazzjoni ma' xulxin jew jittrażmettu l-informazzjoni lill-BERS, lill-ABE, jew lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (“ESMA”) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*9
) f'konformità ma' din id-Direttiva, mar-Regolament (UE) Nru 575/2013, mar-Regolament (UE) 2019/2033. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*10
), mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, mal-Artikoli 31, 35 u 36 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u mal-Artikoli 31 u 36 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, mad-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*11
) u ma' direttivi oħra applikabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu. Dik l-informazzjoni għandha tkun soġġetta għall-paragrafu 1.
(13)
fl-Artikolu 66(1), jiddaħħal il-punt li ġej:
“(aa)
it-twettiq ta' mill-inqas waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-issodisfar tal-livell limitu indikat f'dak l-Artikolu mingħajr l-awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta' kreditu.”;
(14)
fl-Artikolu 76(5), jitħassar is-sitt subparagrafu;
(15)
fl-Artikolu 86, il-paragrafu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“11.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ikollhom fis-seħħ pjanijiet ta' rkupru tal-likwidità li jistabbilixxu strateġiji adegwati u miżuri ta' implimentazzjoni adatta biex jindirizzaw il-possibbiltà ta' nuqqas ta' likwidità, inkluż fir-rigward ta' fergħat stabbiliti f'xi Stat Membru ieħor. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li dawk il-pjanijiet jiġu ttestjati mill-istituzzjonijiet mill-inqas kull sena, jiġu aġġornati abbażi tal-eżitu tax-xenarji alternattivi stipulati fil-paragrafu 8, u jiġu rrapportati lill-maniġment superjuri u approvati minnha, sabiex il-politiki u l-proċessi interni jkunu jistgħu jiġu aġġustati kif meħtieġ. L-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-passi operattivi meħtieġa minn qabel biex jiżguraw li l-pjanijiet ta' rkupru tal-likwidità jkunu jistgħu jiġu implimentati minnufih. Dawk il-passi operazzjonali għandhom jinkludu l-pussess ta' kollateral disponibbli b'mod immedjat għal finanzjament mill-bank ċentrali. Dan jinkludi l-pussess ta' kollateral fil-munita ta' Stat Membru ieħor, fejn meħtieġ, jew il-munita ta' pajjiż terz li għalih l-istituzzjoni jkollha skopertura, u meta jkun meħtieġ b'mod operazzjonali fit-territorju ta' Stat Membru ospitanti jew ta' pajjiż terz li t-tali istituzzjoni ta' kreditu tkun skoperta għall-munita tiegħu.'”;
(16)
fl-Artikolu 110, jitħassar il-paragrafu 2;
(17)
l-Artikolu 111 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 111
Determinazzjoni tas-superviżur li jikkonsolida
1.
Meta impriża prinċipali tkun istituzzjoni ta' kreditu prinċipali fi Stat Membru jew istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tal-UE, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li tissorvelja dik l-entità prinċipali jew l-istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tal-UE fuq bażi individwali.
Meta impriża prinċipali tkun istituzzjoni ta' kreditu prinċipali fi Stat Membru jew istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tal-UE u ebda waħda mis-sussidjarji tagħha ma tkun istituzzjoni ta' kreditu, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li tissorvelja dik l-istituzzjoni ta' kreditu prinċipali fl-Istat Membru jew dik l-istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tal-UE fuq bażi individwali.
Meta impriża prinċipali tkun ditta tal-investiment prinċipali fi Stat Membru jew ditta tal-investiment prinċipali tal-UE, u mill-inqas waħda mis-sussidjarji tagħha tkun istituzzjonijiet ta' kreditu, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, jew fejn ikun hemm diversi istituzzjonijiet ta' kreditu, l-istituzzjonijiet ta' kreditu bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ.
2.
Meta l-entità prinċipali ta' istituzzjoni ta' kreditu jew ditta tal-investiment tkun kumpanija holding finanzjarja prinċipali fi Stat Membru, kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru, kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li tissorvelja l-istituzzjoni ta' kreditu jew id-ditta tal-investiment fuq bażi individwali.
3.
Meta żewġ istituzzjonijiet ta' kreditu jew ditti ta' investiment jew aktar awtorizzati fl-Unjoni jkollhom l-istess kumpanija holding finanzjarja prinċipali fi Stat Membru, kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru, kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq minn:
(a)
l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni ta' kreditu meta jkun hemm biss istituzzjoni ta' kreditu waħda fil-grupp;
(b)
l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni ta' kreditu bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ, meta jkun hemm diversi istituzzjonijiet ta' kreditu fil-grupp; jew
(c)
l-awtorità kompetenti tad-ditta tal-investiment bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ, meta l-grupp ma jkunx jinkludi xi istituzzjoni ta' kreditu.
4.
Meta hi meħtieġa l-konsolidazzjoni skont l-Artikolu 18(3) jew (6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni ta' kreditu bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ jew, fejn il-grupp ma jinkludix xi istituzzjoni ta' kreditu, mill-awtorità kompetenti tad-ditta tal-investiment bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ.
5.
B'deroga mit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, mill-punt (b) tal-paragrafu 3 u mill-paragrafu 4, meta awtorità kompetenti tissorvelja fuq bażi individwali aktar minn istituzzjoni ta' kreditu waħda fi grupp, is-superviżur li jikkonsolida għandu jkun l-awtorità kompetenti li tissorvelja fuq bażi individwali istituzzjoni ta' kreditu waħda jew aktar fil-grupp meta s-somma tat-total tal-karta tal-bilanċ ta' dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu tkun ogħla minn dik tal-istituzzjonijiet ta' kreditu ssorveljati fuq bażi individwali minn kwalunkwe awtorità kompetenti oħra.
B'deroga mill-punt (c) tal-paragrafu 3, meta awtorità kompetenti tissorvelja fuq bażi individwali aktar minn ditta tal-investiment waħda fi grupp, is-superviżur li jikkonsolida għandu jkun l-awtorità kompetenti li tissorvelja fuq bażi individwali ditta tal-investiment waħda jew aktar fil-grupp bl-ogħla total fuq il-karta tal-bilanċ fl-aggregat.
6.
F'każijiet partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, bi ftehim komuni, jirrinunzjaw għall-kriterji msemmijin fil-paragrafi 1, 3 u 4 u jaħtru awtorità kompetenti differenti biex twettaq is-superviżjoni fuq bażi konsolidata meta l-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hemm ma tkunx adatta, filwaqt li jittieħed kont tal-istituzzjonijiet ta' kreditu jew tad-ditti ta' investiment ikkonċernati u l-importanza relattiva tal-attivitajiet tagħhom fl-Istati Membri rilevanti, jew il-ħtieġa li tkun żgurata l-kontinwità tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata mill-istess awtorità kompetenti. F'tali każijiet, l-istituzzjoni prinċipali tal-UE, il-kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE jew l-istituzzjoni ta' kreditu jew id-ditta tal-investiment bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ, kif applikabbli, għandu jkollha d-dritt tinstema' qabel ma l-awtoritajiet kompetenti jieħdu d-deċiżjoni.
7.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u l-ABE mingħajr dewmien rigward kwalunkwe ftehim li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 6.”;
(18)
fl-Artikolu 114(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
“1.
Meta tinħoloq sitwazzjoni ta' emerġenza, inkluż sitwazzjoni kif deskritta fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jew sitwazzjoni ta' żviluppi negattivi fis-swieq, li potenzjalment tippreġudika l-likwidità fis-suq u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe Stat Membru fejn l-entitajiet ta' grupp ikunu ġew awtorizzati jew fejn ikunu stabbiliti fergħat sinifikanti kif imsemmija fl-Artikolu 51, is-superviżur li jikkonsolida għandu, soġġett għat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu VII ta' din id-Direttiva u fejn applikabbli t-Taqsima 2, Kapitolu 1 tat-Titolu IV tad-Direttiva (UE) 2019/2034, iwissi mill-aktar fis possibbli, lill-ABE u lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 58(4) u fl-Artikolu 59 u għandu jikkomunika l-informazzjoni essenzjali kollha sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom. Dawk l-obbligi għandhom japplikaw għall-awtoritajiet kompetenti kollha. ”;
(19)
l-Artikolu 116 huwa emendat kif ġej:
(a)
il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“2.
L-awtoritajiet kompetenti li jipparteċipaw fil-kulleġġi tas-superviżuri u l-ABE għandhom jikkooperaw mill-qrib. Ir-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità skont it-Titolu VII, Kapitolu 1, Taqsima II ta' din id-Direttiva, u, fejn applikabbli, it-Taqsima 2, Kapitolu 1 tat-Titolu IV tad-Direttiva (UE) 2019/2034 m'għandhomx jipprevjenu lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali fil-kulleġġi tas-superviżuri. L-istabbiliment u l-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri m'għandhomx jaffettwaw id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva u skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.”;
(b)
fil-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
“6.
L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE jew ta' kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-UE jew ta' kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE u l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti fejn ikunu stabbiliti fergħat sinifikanti kif imsemmija fl-Artikolu 51, il-banek ċentrali tas-SEBĊ kif adatt, u l-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi fejn adatt u soġġetti għal rekwiżiti tal-kunfidenzjalità li jkunu ekwivalenti, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti kollha, għar-rekwiżiti skont it-Titolu VII, Kapitolu 1, Taqsima II ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, skont it-Taqsima 2, Kapitolu 1 tat-Titolu IV tad-Direttiva (UE)/2019/2034 jistgħu jipparteċipaw fil-kulleġġi tas-superviżuri.”;
(c)
fil-paragrafu 9, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
“9.
Is-superviżur li jikkonsolida, soġġett għar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità skont it-Titolu VII, Kapitolu 1, Taqsima II, ta' din id-Direttiva, u fejn applikabbli, skont it-Taqsima 2, Kapitolu 1 tat-Titolu IV tad-Direttiva (UE) 2019/2034], għandu jinforma lill-ABE dwar l-attivitajiet tal-kulleġġ tas-superviżuri, inkluż f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, u jikkomunika lill-ABE l-informazzjoni kollha li tkun ta' rilevanza partikolari għall-finijiet tal-konverġenza superviżorja”.
(20)
fl-Artikolu 125, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“2.
L-informazzjoni riċevuta, fil-qafas tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata, u b'mod partikolari, kwalunkwe skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti li hu previst f'din id-Direttiva, għandha tkun soġġetta għal rekwiżiti ta' segretezza professjonali li mill-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 53(1) ta' din id-Direttiva għall-istituzzjonijiet ta' kreditu jew skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva (UE) 2019/2034.”;
(21)
fl-Artikolu 128, jitħassar il-ħames paragrafu;
(22)
fl-Artikolu 129, jitħassru l-paragrafi 2, 3 u 4;
(23)
fl-Artikolu 130, jitħassru l-paragrafi 2, 3 u 4;
(24)
fl-Artikolu 143(1), il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(d)
mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stipulati fit-Titolu VII, Kapitolu 1, Taqsima II ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Titolu IV, Kapitolu 1, Taqsima 2 tad-Direttiva (UE) 2019/2034, id-data statistika aggregata dwar l-aspetti ewlenin tal-implimentazzjoni tal-qafas prudenzjali f'kull Stat Membru, inklużi l-għadd u n-natura tal-miżuri superviżorji meħuda f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 102(1) ta' din id-Direttiva, u tal-penali amministrattivi imposti f'konformità mal-Artikolu 65 ta' din id-Direttiva.”;
|
|
Artikolu 63 Emendi għad-Direttiva 2014/59/UE
|
Artikolu 63
Emendi għad-Direttiva 2014/59/UE
Id-Direttiva 2014/59/UE hija emendata kif ġej:
(1)
fl-Artikolu 2(1), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(3)
‘ditta tal-investiment’ tfisser ditta tal-investiment kif definita fil-punt (22) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*12
) li tkun soġġetta għar-rekwiżit kapitali inizjali stipulat fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva (UE) 2019/2034.tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*13
).
(2)
▼C1
fl-Artikolu 45, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“3.
F’konformità mal-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2019/2033, ir-referenzi għall-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 f'din id-Direttiva rigward ir-rekwiżiti ta' fondi proprji fuq bażi individwali ta' ditti tal-investiment imsemmija fil-punt 3 tal-Artikolu 2(1) ta' din id-Direttiva u li mhumiex id-ditti tal-investiment imsemmija fl-Artikolu 1(2) jew (5) tar-Regolament (UE) 2019/2033 għandhom jinftehmu kif ġej:
▼B
(a)-
referenzi għall-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 rigward ir-rekwiżit tal-proporzjon totali tal-kapital f'din id-Direttiva għandhom jirreferu għall-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE)2019/2033;
(b)
referenzi għall-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 rigward l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju f'din id-Direttiva għandhom jirreferu għar-rekwiżit applikabbli fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033.multiplikat bi 12,5.
F'konformità mal-Artikolu 65 tad-Direttiva (UE) 2019/2034, ir-referenzi f'din id-Direttiva għall-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE f'din id-Direttiva rigward ir-rekwiżiti addizzjonali ta' fondi proprji ta' ditti tal-investiment imsemmija fil-punt 3 tal-Artikolu 2(1) ta' din id-Direttiva u li ma jkunux ditti tal-investiment imsemmija fl-Artikolu 1(2) jew (5) tar-Regolament (UE) 2019/2033 għandhom jinftehmu bħala li jirreferu għall-Artikolu 40 tad-Direttiva (UE) 2019/2034.”
|
|
Artikolu 64 Emendi għad-Direttiva 2014/65/UE
|
Artikolu 64
Emendi għad-Direttiva 2014/65/UE
Id-Direttiva 2014/65/UE hija emendata kif ġej:
(1)
fl-Artikolu 8, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(c)
ma tibqax tissodisfa l-kondizzjonijiet li fihom ingħatat l-awtorizzazzjoni, bħall-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fir-[Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*14
);
(2)
l-Artikolu 15 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 15
Dotazzjoni tal-kapital inizjali
''L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti ma jagħtux awtorizzazzjoni jekk id-ditta tal-investiment ma jkollhiex biżżejjed kapital inizjali f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2019/2034. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*15
), b'kunsiderazzjoni tan-natura tas-servizz jew tal-attività ta' investiment inkwistjoni.
(3)
l-Artikolu 41 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 41
Għoti tal-awtorizzazzjoni
"1.
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita d-ditta ta' pajjiż terzi, jew fejn ikollha l-intenzjoni li tistabbilixxi l-fergħa tagħha, għandha tagħti awtorizzazzjoni biss meta l-awtorità kompetenti tkun issodisfata li:
(a)
il-kondizzjonijiet skont l-Artikolu 39 ikunu ssodisfati; u
(b)
il-fergħa tad-ditta ta' pajjiż terz tkun tista' tikkonforma mad-dispożizzjonijiet li ssir referenza għalihom fil-paragrafi 2 u 3.
L-awtorità kompetenti għandha tinforma lid-ditta ta' pajjiż terz, fi żmien sitt xhur mill-preżentazzjoni ta' applikazzjoni kompluta, jekk l-awtorizzazzjoni tkunx ingħatat jew le.
2.
Il-fergħa tad-ditta ta' pajjiż terz awtorizzata skont il-paragrafu 1 għandha tikkonforma mal-obbligi stipulati fl-Artikoli 16 sa 20, 23, 24, 25 u 27, l-Artikolu 28(1) u l-Artikoli 30, 31 u 32 ta' din id-Direttiva u fl-Artikoli 3 sa 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u l-miżuri adottati skonthom u għandha tkun soġġetta għas-superviżjoni tal-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni.
L-Istati Membri ma għandhomx jimponu xi rekwiżiti addizzjonali fuq l-organizzazzjoni u l-operat tal-fergħa fir-rigward tal-materji koperti minn din id-Direttiva u ma għandhomx jittrattaw xi fergħa ta' ditti ta' pajjiżi terzi b'mod aktar favorevoli minn ditti mill-Unjoni.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jinnotifikaw lill-ESMA fuq bażi annwali bil-lista ta' fergħat ta' ditti ta' pajjiżi terzi attivi fit-territorju tagħhom.
L-ESMA għandha tippubblika kull sena lista ta' fergħat ta'pajjiżi terzi attivi fl-Unjoni, inkluż l-isem tad-ditta ta' pajjiż terz li tagħha tkun il-fergħa.
3.
Il-fergħa tad-ditta ta' pajjiż terz li tkun awtorizzata skont il-paragrafu 1 għandha tirrapporta fuq bażi annwali lill-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 2 l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-iskala u l-ambitu tas-servizzi u l-attivitajiet imwettqa mill-fergħa f'dak l-Istat Membru;
(b)
għad-ditti ta' pajjiżi terzi li jwettqu l-attività elenkata fil-punt (3) tat-Taqsima A tal-Anness I, il-minimu tagħhom ta' kull xahar, l-iskopertura medja u massima għall-kontropartijiet tal-UE;
(c)
għad-ditti ta' pajjiżi terzi li jipprovdu servizz wieħed jew iż-żewġ servizzi elenkati fil-punt (6) tat-Taqsima A tal-Anness I, il-valur totali tal-istrumenti finanzjarji li joriġinaw minn kontropartijiet tal-UE sottoskritti jew li tqiegħdu abbażi ta' impenn sod tul it-12-il xahar preċedenti;
(d)
il-fatturat u l-valur aggregat tal-assi li jikkorrispondu għas-servizzi u l-attivitajiet li ssir referenza għalihom fil-punt (a);
(e)
deskrizzjoni dettaljata tal-arranġamenti ta' protezzjoni tal-investituri disponibbli għall-klijenti tal-fergħa, inklużi d-drittijiet ta' dawk il-klijenti li joħorġu mill-iskema ta' kumpens lill-investitur msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 39(2);
(f)
il-politika u l-arranġamenti tagħhom dwar il-ġestjoni tar-riskju applikati mill-fergħa għas-servizzi u l-attivitajiet li ssir referenza għalihom fil-punt (a).
(g)
l-arranġamenti ta' governanza, inkluż id-detenturi tal-funzjoni prinċipali għall-attivitajiet tal-fergħa;
(h)
kwalunkwe informazzjoni oħra li l-awtorità kompetenti tqis meħtieġa biex ikun jista' jsir monitoraġġ komprensiv tal-attivitajiet tal-fergħa.
4.
Fuq talba, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lill-ESMA l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-awtorizzazzjonijiet kollha għall-fergħat awtorizzati f'konformità mal-paragrafu 1 u kwalunkwe bidla sussegwenti għal tali awtorizzazzjoni;
(b)
l-iskala u l-ambitu tas-servizzi u l-attivitajiet imwettqa minn fergħa awtorizzata fl-Istat Membru;
(c)
il-fatturat u l-assi totali li jikkorrispondu għas-servizzi u l-attivitajiet imsemmija fil-punt (b);
(d)
l-isem tal-grupp ta' pajjiż terz li tkun tappartjeni għalih il-fergħa awtorizzata.
5.
L-awtoritajiet kompetenti li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet li jkunu parti mill-istess grupp li lilhom ikunu jappartjenu il-fergħat ta' ditti minn pajjiżi terzi awtorizzati skont il-paragrafu 1, u l-ESMA u l-ABE għandhom jikkooperaw mill-qrib sabiex jiżguraw li l-attivitajiet kollha ta' dak il-grupp fl-Unjoni jkunu soġġetti għal superviżjoni komprensiva, konsistenti u effettiva skont din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-Regolament (UE) Nru 600/2014, ir-Regolament (UE) 2019/2033, id-Direttiva 2013/36/UE, u d-Direttiva (UE) 2019/2034.
6.
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-format li fih l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandha tkun irrappurtata.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa tat-26 ta' Settembru 2020.
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”;
(4)
l-Artikolu 42 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 42
Għoti ta' servizzi fuq l-inizjattiva esklużiva tal-klijent
1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn klijent konsumatur jew klijent professjonali fit-tifsira tat-Taqsima II tal-Anness II stabbilit jew li jinsab fl-Unjoni jibda fuq l-inizjattiva esklużiva tiegħu l-għoti ta' servizz jew attività ta' investiment minn ditta ta' pajjiż terz, ir-rekwiżit għall-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 39 ma għandux japplika għall-għoti ta' dak is-servizz jew attività mid-ditta tal-pajjiż terz lil dik il-persuna, inkluż relazzjoni marbuta speċifikament mal-għoti ta' dak is-servizz jew attività.
Mingħajr preġudizzju għar-relazzjonijiet intragrupp, meta ditta ta' pajjiż terz, inkluż permezz ta' entità li taġixxi f'isimha jew li jkollha rabtiet mill-qrib ma' tali ditta ta' pajjiż terz jew ma' kwalunkwe persuna oħra li taġixxi f'isem tali entità, tfittex klijenti jew klijenti potenzjali fl-Unjoni, dan m'għandux jitqies bħala servizz ipprovdut fuq l-inizjattiva proprja esklussiva tal-klijent.
2.
Inizjattiva minn klijent kif imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandhiex tagħti s-setgħa lid-ditta ta' pajjiż terz biex tikkummerċjalizza kategoriji ġodda ta' prodotti ta' investiment jew servizzi ta' investiment lil dak il-klijent b'mod ieħor mhux permezz tal-fergħa, fejn wieħed huwa meħtieġ, skont il-liġi nazzjonali.”;
(5)
fl-Artikolu 49, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“1.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li s-swieq regolati jadottaw reġimi għall-fluttwazzjoni minima fil-prezzijiet fis-swieq tal-ishma, tal-irċevuti tad-depożitarji, tal-fondi nnegozjati fil-Borża, taċ-ċertifikati u ta' strumenti finanzjarji simili oħra u fi strumenti finanzjarji oħra li għalihom jiġu żviluppati standards tekniċi regolatorji skont il-paragrafu 4. L-applikazzjoni ta' fluttwazzjoni minima fil-prezzijiet m'għandhiex twaqqaf lis-swieq regolati milli jqabblu ordnijiet fuq skala kbira f'nofs il-proċess skont il-prezzijiet attwali tat-talba u tal-offerta.”;
(6)
fl-Artikolu 81(3), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(a)
biex jivverifikaw li huma ssodisfati l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-bidu tan-negozju tad-ditti tal-investiment u biex jiffaċilitaw il-monitoraġġ tal-kondotta ta' dak in-negozju, il-proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi u l-mekkaniżmi ta' kontroll intern;”;
(7)
jiddaħħal l-artikolu li ġej:
“Artikolu 95a
Dispożizzjoni tranżitorja dwar l-awtorizzazzjoni tal-istituzzjoni ta' kreditu msemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE meta l-assi totali previsti ta' impriża li tkun applikat għal awtorizzazzjoni skont it-Titolu II ta' din id-Direttiva qabel ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja biex twettaq l-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I ikunu ugwali għal jew jaqbżu l-EUR 30 biljun, u jinnotifikaw lill-applikant b'dan.”.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2034
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|