|
+Artikolu 1 2. |
Artikolu 1 2.B'deroga mill-paragrafu 1, ditta tal-investiment awtorizzata u ssorveljata skont id-Direttiva 2014/65/UE, li twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE, għandha tapplika r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fejn l-impriża ma tkunx negozjant tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet, impriża tal-investiment kollettiv jew impriża tal-assigurazzjoni, u japplikaw kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet li ġejiin:
(a)
il-valur totali tal-assi konsolidati tad-ditta tal-investiment ikun ugwali għal jew jaqbeż l-EUR 15-il biljun, ikkalkolat bħala medja tat-12-il xahar preċedenti jeskludi l-valur tal-assi individwali ta' kwalunkwe sussidjarja stabbilita barra mill-Unjoni li twettaq xi waħda mill-attivitajiet imsemmija f'dan is-subparagrafu;
(b)
il-valur totali tal-assi konsolidati tad-ditta tal-investiment ikun anqas minn EUR 15-il biljun, u d-ditta tal-investiment tkun parti minn grupp li fih il-valur totali tal-assikonsolidati tal-impriżi kollha fil-grupp li jkollhom individwalment assi totali ta' anqas minn EUR 15-il biljun u li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE ikun ugwali għal jew jaqbeż l-EUR 15-il biljun, kollha kemm huma ikkalkolati bħala medja tat-12-il xahar preċedenti, eskluż il-valur tal-assi individwali ta' kwalunkwe sussidjarja stabbilita barra mill-Unjoni li twettaq waħda mill-attivitajiet imsemmija f'dan is-subparagrafu; jew
(c)
id-ditta tal-investiment hija soġġetta għal deċiżjoni mill-awtorità kompetenti f'konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2019/2034. Id-ditti tal-investiment imsemmija f'dan il-paragrafu għandhom ikunu ssorveljati għall-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali skont it-Titoli VII u VIII tad-Direttiva 2013/36/UE, inkluż għall-finijiet tal-istabbiliment tas-superviżur ta' konsolidazzjoni meta tali ditti tal-investiment ikunu jappartjenu lil grupp ta' ditti tal-investiment kif definit fil-punt (25) tal-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|