+Artikolu 7 Konsolidazzjoni prudenzjali
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 5.
|
Artikolu 7 Konsolidazzjoni prudenzjali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1.
|
Ditta tal-investiment prinċipali tal-Unjoni, kumpannija azzjonarja ta' investiment prinċipali tal-Unjoni u kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Parti Tnejn, Tlieta, Erbgħa, Sitta u Sebgħa fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom. L-impriża prinċipali u dawk tas-sussidjarji tagħha li huma soġġetti għal dan ir-Regolament għandhom jistabbilixxu struttura organizzattiva xierqa u mekkaniżmi ta' kontroll intern adatti sabiex ikun żgurat li d-data meħtieġa għall-konsolidazzjoni tiġi debitament proċessata u mibgħuta. B’mod partikolari, l-impriża prinċipali għandha tiżgura li s-sussidjarji li ma humiex soġġetti għal dan ir-Regolament jimplimentaw l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi biex tkun żgurata konsolidazzjoni korretta.
|
|
Artikolu 7 2.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fl-applikazzjoni tal-Parti Tnejn fuq bażi konsolidata, ir-regoli stabbiliti fit-Titolu II tal-Parti Tnejn tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom japplikaw ukoll għal ditti tal-investiment. Għal dak il-għan, fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 84(1), l-Artikolu 85(1), u l-Artikolu 87(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ir-referenzi għall-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 biss għandhom japplikaw u għandhom bħala riżultat jinftehmu bħala li jirreferu għar-rekwiżiti tal-fondi proprji stabbiliti taħt id-dispożizzjonijiet korrispondenti f'dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 7 3.
|
Ditti ta' investiment prinċipali tal-Unjoni, kumpanniji azzjonarji ta' investiment prinċipali tal-Unjoni u kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali tal-Unjoni għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Parti Ħamsa abbażi tas-sitwazzjonijiet konsolidata tagħhom.
|
|
Artikolu 7 4.
|
B'deroga mill-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw lill-impriża prinċipali mill-konformità ma' dak il-paragrafu, b'kont meħud tan-natura, il-kamp ta' applikazzjoni u l-kumplessità tal-grupp ta' ditti tal-investiment.
|
|
Artikolu 7 5.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika d-dettalji tal-kamp ta’ applikazzjoni u l-metodi għall-konsolidazzjoni prudenzjali ta' grupp ta' ditti tal-investiment, b'mod partikolari bil-għan li jiġi kkalkolat ir-rekwiżit tal-ispejjeż ġenerali fissi, ir-rekwiżit ta' kapital minimu permanenti, ir-rekwiżit tal-fattur-K abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-grupp ta’ ditti tal-investiment, u l-metodu u d-dettalji neċessarji biex ikun implimentat kif xieraq il-paragrafu 2. L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-26 ta’ Diċembru 2020. Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2033
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|