|
+Artikolu 9 2. |
Artikolu 9 2.B’deroga mill-paragrafu 1:
(a)
it-tnaqqis imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu japplika b' mod sħiħ, mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikoli 39 u 48 ta’ dak ir-Regolament;
(b)
it-tnaqqis imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu japplika b'mod sħiħ, mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 41 ta’ dak ir-Regolament;
(c)
it-tnaqqis imsemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 36(1), il-punt (c) tal-Artikolu 56, u l-punt (c) tal-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sa fejn għandu x’jaqsam ma’ parteċipazzjonijiet ta’ strumenti kapitali li mhumiex miżmuma fil-portafoll tan-negozjar, għandu japplika b'mod sħiħ, mingħajr l-applikazzjoni tal-mekkaniżmi previsti fl-Artikoli 46, 60 u 70 ta’ dak ir-Regolament;
(d)
it-tnaqqis imsemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu japplika b'mod sħiħ, mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 48 ta’ dak ir-Regolament;
(e)
id-dispożizzjonijiet li ġejjin ma għandhomx japplikaw għad-determinazzjoni tal-fondi proprji ta’ ditti tal-investiment:
(i)
l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(ii)
it-tnaqqis imsemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 36(1), il-punt (c) tal-Artikolu 56, il-punt (c) tal-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-dispożizzjonijiet relatati fl-Artikoli 46, 60 u 70 ta’ dak ir-Regolament, sa fejn dak it-tnaqqis għandu x’jaqsam ma’ parteċipazzjonijiet ta’ strumenti kapitali miżmuma fil-portafoll tan-negozjar;
(iii)
l-avveniment skattatur imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; l-avveniment skattatur għandu minflok ikun speċifikat mid-ditta tal-investiment fit-termini tal-istrument tal-Grad 1 Addizzjonali msemmi fil-paragrafu 1;
(iv)
l-ammont aggregat imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 54(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; l-ammont li għandu jitniżżel fil-valur jew jiġi kkonvertit għandu jkun l-ammont prinċipal sħiħ tal-istrument tal-Grad 1 Addizzjonali msemmi fil-paragrafu 1. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|