+Artikolu 9 Kompożizzjoni tal-fondi proprji
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.
|
Artikolu 9 Kompożizzjoni tal-fondi proprji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
Ditti tal-investiment għandu jkollhom fondi proprji li jikkonsistu mis-somma tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, il-kapital tal-Grad 1 u l-kapital tal-Grad 2 Addizzjonali tagħhom, u għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin f’kull ħin:
c)
,
fejn:
(i)
il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni 1 huwa definit skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu I tat-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-kapital tal-Grad 1 Addizzjonali huwa definit skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu I tat-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u l-kapital tal-Grad 2 huwa definit skont il-Kapitolu 4 tat-Titolu I tat-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u
(ii)
D huwa definit fl-Artikolu 11.
|
|
Artikolu 9 2.
|
B’deroga mill-paragrafu 1:
(a)
it-tnaqqis imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu japplika b' mod sħiħ, mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikoli 39 u 48 ta’ dak ir-Regolament;
(b)
it-tnaqqis imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu japplika b'mod sħiħ, mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 41 ta’ dak ir-Regolament;
(c)
it-tnaqqis imsemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 36(1), il-punt (c) tal-Artikolu 56, u l-punt (c) tal-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sa fejn għandu x’jaqsam ma’ parteċipazzjonijiet ta’ strumenti kapitali li mhumiex miżmuma fil-portafoll tan-negozjar, għandu japplika b'mod sħiħ, mingħajr l-applikazzjoni tal-mekkaniżmi previsti fl-Artikoli 46, 60 u 70 ta’ dak ir-Regolament;
(d)
it-tnaqqis imsemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu japplika b'mod sħiħ, mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 48 ta’ dak ir-Regolament;
(e)
id-dispożizzjonijiet li ġejjin ma għandhomx japplikaw għad-determinazzjoni tal-fondi proprji ta’ ditti tal-investiment:
(i)
l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(ii)
it-tnaqqis imsemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 36(1), il-punt (c) tal-Artikolu 56, il-punt (c) tal-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-dispożizzjonijiet relatati fl-Artikoli 46, 60 u 70 ta’ dak ir-Regolament, sa fejn dak it-tnaqqis għandu x’jaqsam ma’ parteċipazzjonijiet ta’ strumenti kapitali miżmuma fil-portafoll tan-negozjar;
(iii)
l-avveniment skattatur imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; l-avveniment skattatur għandu minflok ikun speċifikat mid-ditta tal-investiment fit-termini tal-istrument tal-Grad 1 Addizzjonali msemmi fil-paragrafu 1;
(iv)
l-ammont aggregat imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 54(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; l-ammont li għandu jitniżżel fil-valur jew jiġi kkonvertit għandu jkun l-ammont prinċipal sħiħ tal-istrument tal-Grad 1 Addizzjonali msemmi fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 9 3.
|
Ditti tal-investiment għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti stabbiliti fil-Kapitolu 6 tat-Titolu I tat-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 meta jkunu qed jiddeterminaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji skont dan ir-Regolament. Fl-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, il-permess superviżorju f'konformità mal-Artikoli 77 u 78 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu jitqies li ngħata jekk waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 78(1) ta’ dak ir-Regolament jew fl-Artikolu 78(4) tkun issodisfata.
|
|
Artikolu 9 4.
|
Għall-fini tal-applikazzjoni tal-punt (a) tal-paragrafu 1, għad-ditti tal-investiment li mhumiex persuni ġuridiċi jew kumpaniji b’ishma konġunti jew li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditti tal-investiment żgħar jew mhux interkonnessi stabbiliti fl-Artikolu 12(1) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, wara li jikkonsultaw l-ABE, jippermettu li strumenti jew fondi oħra jikkwalifikaw bħala fondi proprji għal dawn id-ditti tal-investiment, dment li dawk l-istrumenti jew fondi jikkwalifikaw ukoll għal trattament skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE (
8
). Abbażi ta' informazzjoni riċevuta minn kull awtorità kompetenti, flimkien mal-ESMA, l-ABE għandha tistabbilixxi, iżżomm u tippubblika lista tal-forom kollha ta’ strumenti jew fondi f'kull Stat Membru li jikkwalifikaw bħala fondi proprji ta’ dan it-tip. Il-lista għandha tiġi ppubblikata għall-ewwel darba sas-26 ta’ Diċembru 2020.
|
|
Artikolu 9 5.
|
Parteċipazzjonijiet ta’ strumenti ta’ fondi proprji ta’ entità tas-settur finanzjarju fi ħdan grupp ta’ ditti tal-investiment ma għandhomx jitnaqqsu għall-fini tal-kalkolu tal-fondi proprji ta’ kwalunkwe ditta tal-investiment fil-grupp fuq bażi individwali, dment li l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:
(a)
ma hemm l-ebda impediment prattiku jew ġuridiku materjali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront ta’ kapital jew ħlas lura ta’ obbligazzjonijiet mill-impriża prinċipali;
(b)
il-proċeduri ta’ evalwazzjoni, ta’ kejl u ta’ kontroll tar-riskju tal-impriża prinċipali jinkludu lill-entità tas-settur finanzjarju;
(c)
id-deroga prevista fl-Artikolu 8 ma tintużax mill-awtoritajiet kompetenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2033
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|