+Artikolu 12 Ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.

Artikolu 12 Ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1.

Ditti tal-investiment għandhom jitqiesu bħala ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament meta jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

AUM imkejjel f'konformità mal-Artikolu 17 ikun anqas minn EUR 1,2 biljuni;

(b) 

COH imkejjel f'konformità mal-Artikolu 20 ikun anqas minn kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

EUR 100 miljun/jum għal negozji fi flus; jew

(ii) 

EUR 1 biljun/jum għal derivati;

(c) 

ASA mkejla f'konformità mal-Artikolu 19 ikun żero;

(d) 

CMH imkejla f'konformità mal-Artikolu 18 ikun żero;

(e) 

DTF imkejjel f'konformità mal-Artikolu 33 ikun żero;

(f) 

NPR jew CMG imkejjel f'konformità mal-Artikoli 22 u 23 ikun żero;

(g) 

TCD imkejjel f'konformità mal-Artikolu 26 ikun żero;

(h) 

it-total ta’ dak fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ tad-ditta tal-investiment ikun anqas minn EUR 100 miljun;

(i) 

id-dħul gross annwali totali mis-servizzi u l-attivitajiet tal-investiment tad-ditta tal-investiment ikun inqas minn EUR 30 miljun ikkalkolat bħala medja fuq il-bażi tal-figuri annwali mill-perijodu ta’ sentejn eżatt qabel is-sena finanzjarja partikolari.

B’deroga mid-dispożizzjonijiet tat-Titolu II, għall-finijiet tal-punti (a), (b), (c), (e), (f), sa fejn dan il-punt ikun marbut mal-NPR u (g) tal-ewwel subparagrafu, għandhom japplikaw il-valuri ta’ tmiem il-jum.

Għall-finijiet tal-punt (f) tal-ewwel subparagrafu, sa fejn dak il-punt ikollu x’jaqsam mas-CMG, għandhom japplikaw il-valuri ta’ matul l-istess jum.

Għall-finijiet tal-punt (d), tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16(9) tad-Direttiva 2014/65/UE u l-Artikoli 2 u 4 tad-Direttiva Delegata (UE) 2017/593, għandhom japplikaw il-valuri ta’ matul l-istess jum, ħlief fejn kien hemm żball fiż-żamma tar-rekords jew fir-rikonċiljazzjoni tal-kontijiet li b'mod żbaljat indika li ditta tal-investiment kisret il-livell limitu żero msemmi fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, u li jiġi solvut qabel ma jintemm il-jum ta' negozju. Id-ditta tal-investiment għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien dwar l-iżball, ir-raġunijiet għalfejn seħħ u l-korrezzjoni tiegħu.

Għall-finijiet tal-punti (h) u (i) tal-ewwel subparagrafu, għandhom japplikaw il-livelli fi tmiem l-aħħar sena finanzjarja li fir-rigward tagħha l-kontijiet ġew iffinalizzati u approvati mill-bord maniġerjali. Fejn il-kontijiet ikunu għadhom ma ġewx iffinalizzati u approvati wara sitt xhur mit-tmiem tal-aħħar sena finanzjarja, ditta tal-investiment għandha tuża kontijiet proviżorji.

Ditti tal-investiment jistgħu jkejlu l-valuri taħt il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu billi tuża l-metodi speċifikati taħt it-Titolu II, bl-eċċezzjoni li l-kejl għandu jsir fuq medda ta’ 12-il xahar, mingħajr l-esklużjoni tal-valuri mensili tal-aktar tliet xhur reċenti. Ditti tal-investiment li jagħżlu dan il-metodu ta’ kejl għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti b'dan u għandhom japplikaw il-metodu magħżul għal perijodu kontinwu ta’ mhux inqas minn 12-il xahar konsekuttivi.

Artikolu 12 2.
Il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b), (h) u (i) tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw fuq bażi kkombinata għad-ditti tal-investiment kollha li huma parti minn grupp. Għall-fini tal-kejl tad-dħul gross annwali totali msemmi fil-punt (i) tal-paragrafu 1, dawk id-ditti tal-investiment jistgħu jeskludu kwalunkwe għadd doppju li jista’ jirriżulta fir-rigward ta’ dħul gross iġġenerat fi ħdan il-grupp.

Il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (c) sa (g) tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal kull ditta tal-investiment fuq bażi individwali.

Artikolu 12 3.
Fejn ditta tal-investiment ma tibqax tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 1, din ma għandhiex tibqa' titqies bħala ditta tal-investiment żgħira u mhux interkonnessa b’effett immedjat.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, fejn ditta tal-investiment ma tibqax tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b), (h) jew (i) tal-paragrafu 1 iżda tibqa’ tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (c) sa (g) ta’ dak il-paragrafu, din ma għandhiex tibqa' titqies bħala ditta tal-investiment żgħira u mhux interkonnessa wara perijodu ta’ tliet xhur, ikkalkolati mid-data li fiha jkun inqabeż il-livell limitu. Id-ditta tal-investiment għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien bla bżonn ta' kwalunkwe ksur ta’ livell limitu.

Artikolu 12 4.
Fil-każ fejn ditta tal-investiment li ma tkunx issodisfat il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 1 sussegwentement tissodisfahom, din għandha titqies bħala ditta tal-investiment żgħira u mhux interkonnessa wara perijodu ta’ sitt xhur mid-data li fiha dawk il-kondizzjonijiet jiġu ssodisfati biss, dment li matul dak il-perijodu ma jkun seħħ l-ebda ksur ta’ livell limitu u d-ditta tal-investiment tkun innotifikat minnufih lill-awtorità kompetenti b’dan mingħajr dewmien.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2033
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.