|
+Artikolu 12 1. |
Artikolu 12 1.Ditti tal-investiment għandhom jitqiesu bħala ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament meta jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
AUM imkejjel f'konformità mal-Artikolu 17 ikun anqas minn EUR 1,2 biljuni;
(b)
COH imkejjel f'konformità mal-Artikolu 20 ikun anqas minn kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(i)
EUR 100 miljun/jum għal negozji fi flus; jew
(ii)
EUR 1 biljun/jum għal derivati;
(c)
ASA mkejla f'konformità mal-Artikolu 19 ikun żero;
(d)
CMH imkejla f'konformità mal-Artikolu 18 ikun żero;
(e)
DTF imkejjel f'konformità mal-Artikolu 33 ikun żero;
(f)
NPR jew CMG imkejjel f'konformità mal-Artikoli 22 u 23 ikun żero;
(g)
TCD imkejjel f'konformità mal-Artikolu 26 ikun żero;
(h)
it-total ta’ dak fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ tad-ditta tal-investiment ikun anqas minn EUR 100 miljun;
(i)
id-dħul gross annwali totali mis-servizzi u l-attivitajiet tal-investiment tad-ditta tal-investiment ikun inqas minn EUR 30 miljun ikkalkolat bħala medja fuq il-bażi tal-figuri annwali mill-perijodu ta’ sentejn eżatt qabel is-sena finanzjarja partikolari. B’deroga mid-dispożizzjonijiet tat-Titolu II, għall-finijiet tal-punti (a), (b), (c), (e), (f), sa fejn dan il-punt ikun marbut mal-NPR u (g) tal-ewwel subparagrafu, għandhom japplikaw il-valuri ta’ tmiem il-jum. Għall-finijiet tal-punt (f) tal-ewwel subparagrafu, sa fejn dak il-punt ikollu x’jaqsam mas-CMG, għandhom japplikaw il-valuri ta’ matul l-istess jum. Għall-finijiet tal-punt (d), tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16(9) tad-Direttiva 2014/65/UE u l-Artikoli 2 u 4 tad-Direttiva Delegata (UE) 2017/593, għandhom japplikaw il-valuri ta’ matul l-istess jum, ħlief fejn kien hemm żball fiż-żamma tar-rekords jew fir-rikonċiljazzjoni tal-kontijiet li b'mod żbaljat indika li ditta tal-investiment kisret il-livell limitu żero msemmi fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, u li jiġi solvut qabel ma jintemm il-jum ta' negozju. Id-ditta tal-investiment għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien dwar l-iżball, ir-raġunijiet għalfejn seħħ u l-korrezzjoni tiegħu. Għall-finijiet tal-punti (h) u (i) tal-ewwel subparagrafu, għandhom japplikaw il-livelli fi tmiem l-aħħar sena finanzjarja li fir-rigward tagħha l-kontijiet ġew iffinalizzati u approvati mill-bord maniġerjali. Fejn il-kontijiet ikunu għadhom ma ġewx iffinalizzati u approvati wara sitt xhur mit-tmiem tal-aħħar sena finanzjarja, ditta tal-investiment għandha tuża kontijiet proviżorji. Ditti tal-investiment jistgħu jkejlu l-valuri taħt il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu billi tuża l-metodi speċifikati taħt it-Titolu II, bl-eċċezzjoni li l-kejl għandu jsir fuq medda ta’ 12-il xahar, mingħajr l-esklużjoni tal-valuri mensili tal-aktar tliet xhur reċenti. Ditti tal-investiment li jagħżlu dan il-metodu ta’ kejl għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti b'dan u għandhom japplikaw il-metodu magħżul għal perijodu kontinwu ta’ mhux inqas minn 12-il xahar konsekuttivi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|