+Artikolu 23 Kalkolu ta' K-CMG
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
|
Artikolu 23 Kalkolu ta' K-CMG
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1.
|
Għall-finijiet tal-Artikolu 21, l-awtorità kompetenti għandha tippermetti ditta tal-investiment tikkalkula K-CMG għall-pożizzjonijiet kollha li huma soġġetti għall-ikklirjar, jew fuq bażi ta’ portafoll fejn il-portafoll kollu huwa soġġett għal ikklirjar jew proviżjonament ta’ marġni, skont il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
id-ditta tal-investiment ma tkunx parti minn grupp li jkun fih istituzzjoni ta’ kreditu;
(b)
l-ikklirjar u s-saldu ta’ dawn it-tranżazzjonijiet isiru taħt ir-responsabbiltà ta’ membru tal-ikklirjar ta’ QCCP u dak il-membru tal-ikklirjar ikun istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment imsemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, u t-tranżazzjonijiet jew ikunu kklerjati ċentralment fi QCCP inkella jiġu saldati mod ieħor fuq bażi ta’ pagament abbażi ta’ konsenja taħt ir-responsabbiltà ta’ dak il-membru tal-ikklirjar;
(c)
il-kalkolu tal-marġni totali rikjest mill- membru tal-ikklirjar ikun ibbażat fuq mudell ta’ marġni tal-membru tal-ikklirjar;.
(d)
id-ditta tal-investiment tkun uriet lill-awtorità kompetenti li l-għażla tal-kalkolu ta’ RtM ma’ K-CMG hija ġġustifikata b’ċerti kriterji, li jistgħu jinkludu n-natura tal-attivitajiet ewlenin tad-ditta tal-investiment li essenzjalment għandhom ikunu attivitajiet ta’ negozjar soġġetti għall-ikklirjar u proviżjonament ta’ marġni taħt ir-responsabbiltà ta’ membru tal-ikklirjar, u l-fatt li attivitajiet oħra mwettqa mid-ditta tal-investiment ikunu immaterjali meta mqabbla ma’ dawk l-attivitajiet ewlenin; u
(e)
l-awtorità kompetenti tkun ivvalutat li l-għażla tal-portafoll(i) soġġett(i) għal K-CMG ma saritx bil-ħsieb li jsir arbitraġġ regolatorju tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji b’mod sproporzjonat jew prudenzjalment skorrett.
Għall-fini tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti għandha twettaq valutazzjoni regolari biex tikkonferma li l-mudell ta’ marġni jwassal għal rekwiżiti tal-marġni li jirriflettu l-karatteristiċi tar-riskju tal-prodotti li d-ditti tal-investiment jinnegozjaw fihom u jqis l-intervall bejn il-ġbir tal-marġni, il-likwidità tas-suq u l-possibbiltà ta’ bidliet matul id-durata tat-tranżazzjoni. Ir-rekwiżiti tal-marġni għandhom ikunu suffiċjenti biex ikopru t-telf li jista’ jirriżulta minn tal-inqas 99 % tal-movimenti tal-iskoperturi fuq perijodu ta’ żmien xieraq b’perijodu ta’ żamma ta’ mill-inqas jumejn ta’ negozju. Il-mudelli ta’ marġni użati minn dak il-membru tal-ikklirjar biex isejjaħ il-marġni msemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom dejjem ikunu mfassla biex jiksbu livell ta’ prudenza simili għal dak meħtieġ fid-dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti tal-marġni fl-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
|
|
Artikolu 23 2.
|
K-CMG għandu jkun it-tielet l-ogħla ammont ta' marġni totali meħtieġ fuq bażi ta’ kuljum mill-membru tal-ikklirjar mid-ditta tal-investiment matul it-tliet xhur ta’ qabel, immultiplikat b’fattur ta’ 1,3.
|
|
Artikolu 23 3.
|
L-ABE għandha tiżviluppa f’konsultazzjoni mal-ESMA, abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kalkolu tal-ammont tal-marġni totali meħtieġ u l-metodu ta’ kalkolu ta' K-CMG kif imsemmi fil-paragrafu 2, b’mod partikolari fejn il-K-CMG jiġi applikat fuq bażi ta’ portafoll, u l-kondizzjonijiet biex jiġu ssodisfati d-dispożizzjonijiet fil- punt (e) tal-paragrafu 1. L-ABE għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-26 ta’ Diċembru 2020. Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2033
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|