|
+Artikolu 23 1. |
Artikolu 23 1.Għall-finijiet tal-Artikolu 21, l-awtorità kompetenti għandha tippermetti ditta tal-investiment tikkalkula K-CMG għall-pożizzjonijiet kollha li huma soġġetti għall-ikklirjar, jew fuq bażi ta’ portafoll fejn il-portafoll kollu huwa soġġett għal ikklirjar jew proviżjonament ta’ marġni, skont il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
id-ditta tal-investiment ma tkunx parti minn grupp li jkun fih istituzzjoni ta’ kreditu;
(b)
l-ikklirjar u s-saldu ta’ dawn it-tranżazzjonijiet isiru taħt ir-responsabbiltà ta’ membru tal-ikklirjar ta’ QCCP u dak il-membru tal-ikklirjar ikun istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment imsemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, u t-tranżazzjonijiet jew ikunu kklerjati ċentralment fi QCCP inkella jiġu saldati mod ieħor fuq bażi ta’ pagament abbażi ta’ konsenja taħt ir-responsabbiltà ta’ dak il-membru tal-ikklirjar;
(c)
il-kalkolu tal-marġni totali rikjest mill- membru tal-ikklirjar ikun ibbażat fuq mudell ta’ marġni tal-membru tal-ikklirjar;.
(d)
id-ditta tal-investiment tkun uriet lill-awtorità kompetenti li l-għażla tal-kalkolu ta’ RtM ma’ K-CMG hija ġġustifikata b’ċerti kriterji, li jistgħu jinkludu n-natura tal-attivitajiet ewlenin tad-ditta tal-investiment li essenzjalment għandhom ikunu attivitajiet ta’ negozjar soġġetti għall-ikklirjar u proviżjonament ta’ marġni taħt ir-responsabbiltà ta’ membru tal-ikklirjar, u l-fatt li attivitajiet oħra mwettqa mid-ditta tal-investiment ikunu immaterjali meta mqabbla ma’ dawk l-attivitajiet ewlenin; u
(e)
l-awtorità kompetenti tkun ivvalutat li l-għażla tal-portafoll(i) soġġett(i) għal K-CMG ma saritx bil-ħsieb li jsir arbitraġġ regolatorju tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji b’mod sproporzjonat jew prudenzjalment skorrett. Għall-fini tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti għandha twettaq valutazzjoni regolari biex tikkonferma li l-mudell ta’ marġni jwassal għal rekwiżiti tal-marġni li jirriflettu l-karatteristiċi tar-riskju tal-prodotti li d-ditti tal-investiment jinnegozjaw fihom u jqis l-intervall bejn il-ġbir tal-marġni, il-likwidità tas-suq u l-possibbiltà ta’ bidliet matul id-durata tat-tranżazzjoni. Ir-rekwiżiti tal-marġni għandhom ikunu suffiċjenti biex ikopru t-telf li jista’ jirriżulta minn tal-inqas 99 % tal-movimenti tal-iskoperturi fuq perijodu ta’ żmien xieraq b’perijodu ta’ żamma ta’ mill-inqas jumejn ta’ negozju. Il-mudelli ta’ marġni użati minn dak il-membru tal-ikklirjar biex isejjaħ il-marġni msemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom dejjem ikunu mfassla biex jiksbu livell ta’ prudenza simili għal dak meħtieġ fid-dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti tal-marġni fl-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|