|
+Artikolu 43 3. |
Artikolu 43 3.Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ditti tal-investiment li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi stabbiliti fl-Artikolu 12(1) ta’ dan ir-Regolament u ditti tal-investiment li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi stabbiliti fl-Artikolu 12(1) ta’ dan ir-Regolament iżda li ma jwettqux l-ebda waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE jistgħu jinkludu wkoll riċevibbli mingħand debituri tan-negozju u tariffi jew kummissjonijiet riċevibbli fi żmien 30 jum fl-assi likwidi tagħhom, meta dawk ir-riċevibbli jikkonformaw mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
dawn jirrappreżentaw sa massimu ta’ terz tar-rekwiżiti minimi tal-likwidità kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;
(b)
dawn ma jingħaddu għall-ebda rekwiżit addizzjonali tal-likwidità meħtieġ mill-awtorità kompetenti għal riskji speċifiċi għad-ditta f’konformità mal-Artikolu 39(2)(k) tad-Direttiva (UE) 2019/2034;
(c)
dawn ikunu soġġetti għal telf impost ta’ 50 %. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|